+Artikolu 12 2
|
Artikolu 12 2
2. Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ġejjin għandhom jitqiesu li għandhom interess leġittimu biex jaċċessaw l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1:
|
(a)
|
persuni li jaġixxu għall-fini ta' ġurnaliżmu, rappurtar jew kwalunkwe forma oħra ta' espressjoni fil-media, li jkunu marbuta mal-prevenzjoni jew il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew il-finanzjament tat-terroriżmu;
|
|
(b)
|
organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż organizzazzjonijiet mhux governattivi u akkademiċi, li jkunu marbuta mal-prevenzjoni jew il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew il-finanzjament tat-terroriżmu;
|
|
(c)
|
persuni fiżiċi jew ġuridiċi li x'aktarx jidħlu fi tranżazzjoni ma' entità ġuridika jew arranġament ġuridiku u li jixtiequ jipprevjenu kwalunkwe rabta bejn tali tranżazzjoni u l-ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew l-finanzjament tat-terroriżmu;
|
|
(d)
|
entitajiet soġġetti għar-rekwiżiti tal-AML/CFT f'pajjiżi terzi, dment li jkunu jistgħu juru l-ħtieġa li jaċċessaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b'rabta ma' entità ġuridika jew arranġament ġuridiku biex iwettqu d-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti fejn jikkonċerna klijent jew klijent prospettiv skont ir-rekwiżiti tal-AML/CFT f'dawk il-pajjiżi terzi;
|
|
(e)
|
kontropartijiet ta' pajjiżi terzi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni fil-qasam tal-AML/CFT, dment li jkunu jistgħu juru l-ħtieġa li jaċċessaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b'rabta ma' entità ġuridika jew arranġament ġuridiku biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont l-oqfsa fil-qasam tal-AML/CFT ta' dawk il-pajjiżi terzi fil-kuntest ta' każ speċifiku;
|
|
(f)
|
awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli għall-implimentazzjoni tat-Titolu I, il-Kapitoli II u III tad-Direttiva (UE) 2017/1132, b'mod partikolari l-awtoritajiet responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-kumpaniji fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 16 ta' dik id-Direttiva, u l-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-iskrutinju tal-legalità tal-konverżjonijiet, il-fużjonijiet u d-diviżjonijiet ta' kumpaniji b'responsabbiltà limitata skont it-Titolu II ta' dik id-Direttiva;
|
|
(g)
|
awtoritajiet ta' programmi identifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2021/1060, fir-rigward tal-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni;
|
|
(h)
|
awtoritajiet pubbliċi li jimplimentaw il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza skont ir-Regolament (UE) 2021/241, fir-rigward tal-benefiċjarji taħt il-Faċilità;
|
|
(i)
|
awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri fil-kuntest ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku, fir-rigward tal-offerenti u l-operaturi li jingħataw il-kuntratt skont il-proċedura ta' akkwist pubbliku;
|
|
(j)
|
fornituri ta' prodotti tal-AML/CFT, sal-punt strett fejn il-prodotti żviluppati abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew li jkun fihom dik l-informazzjoni jiġu pprovduti biss lil klijenti li jkunu entitajiet marbutin b'obbligu jew awtoritajiet kompetenti, dment li dawk il-fornituri jkunu jistgħu juru l-ħtieġa li jaċċessaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fil-kuntest ta' kuntratt ma' entità marbuta b'obbligu jew awtorità kompetenti.
|
Minbarra l-kategoriji identifikati skont l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li persuni oħra li jkunu jistgħu juru interess leġittimu fir-rigward tal-iskop li jipprevjenu u jiġġieldu l-ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu u l-finanzjament tat-terroriżmu, jingħataw aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja skont il-każ.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1640
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|