6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIUs ikunu jistgħu jistiednu lil partijiet terzi, inkluż korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, biex jieħdu sehem fl-analiżijiet konġunti fejn rilevanti għall-finijiet tal-analiżijiet konġunti u fejn tali parteċipazzjoni taqa' fil-mandati rispettivi ta' dawk il-partijiet terzi.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIUs li jipparteċipaw fl-analiżijiet konġunti jiddeterminaw il-kundizzjonijiet li japplikaw fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta' partijiet terzi u jistabbilixxu miżuri li jiggarantixxu l-kunfidenzjalità u s-sigurtà tal-informazzjoni skambjata. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni skambjata tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet stabbilita dik l-analiżi konġunta.