+Artikolu 32 Analiżijiet konġunti
---+Artikolu 32 1
---+Artikolu 32 2
---+Artikolu 32 3
---+Artikolu 32 4
---+Artikolu 32 5
---+Artikolu 32 6
|
Artikolu 32 Analiżijiet konġunti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 32 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIUs tagħhom ikunu jistgħu jwettqu analiżijiet konġunti ta' tranżazzjonijiet u ta' attivitajiet suspettużi.
|
|
Artikolu 32 2
|
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-FIUs rilevanti, megħjuna mill-AMLA f'konformità mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2024/1620, għandhom iwaqqfu tim konġunt tal-analiżi għal fini speċifika u għal perjodu limitat, li jista' jiġi estiż b'kunsens reċiproku, biex iwettaq analiżijiet operazzjonali ta' tranżazzjonijiet jew ta' attivitajiet suspettużi li jinvolvu FIU waħda jew aktar li jikkostitwixxu t-tim.
|
|
Artikolu 32 3
|
3. Tim konġunt tal-analiżi jista' jiġi stabbilit meta:
|
(a)
|
l-analiżijiet operazzjonali tal-FIU jirrikjedu analiżijiet diffiċli u impenjattivi b'rabtiet ma' Stati Membri oħra;
|
|
(b)
|
għadd ta' FIUs qed iwettqu analiżijiet operazzjonali li fihom iċ-ċirkostanzi tal-każ jiġġustifikaw azzjoni koordinata u miftiehma fl-Istati Membri involuti.
|
Talba għat-twaqqif ta' tim konġunt tal-analiżi tista' ssir minn kwalunkwe waħda mill-FIUs ikkonċernati jew AMLA skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) 2024/1620.
|
|
Artikolu 32 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membru tal-persunal tal-FIU tagħhom allokat lit-tim konġunt tal-analiżi jkun jista', f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli u fil-limiti tal-kompetenza tal-membru tal-persunal, jipprovdi lit-tim b'informazzjoni disponibbli għall-FIU tiegħu għall-fini tal-analiżi mwettqa mit-tim.
|
|
Artikolu 32 5
|
5. Meta t-tim konġunt tal-analiżi jkun jeħtieġ assistenza minn FIU oħra li ma hijiex parti mit-tim, jista' jitlob lill-FIU l-oħra biex:
|
(a)
|
tingħaqad mat-tim konġunt tal-analiżi;
|
|
(b)
|
tissottometti l-intelligence finanzjarja u l-informazzjoni finanzjarja lit-tim konġunt tal-analiżi.
|
|
|
Artikolu 32 6
|
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIUs ikunu jistgħu jistiednu lil partijiet terzi, inkluż korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, biex jieħdu sehem fl-analiżijiet konġunti fejn rilevanti għall-finijiet tal-analiżijiet konġunti u fejn tali parteċipazzjoni taqa' fil-mandati rispettivi ta' dawk il-partijiet terzi.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIUs li jipparteċipaw fl-analiżijiet konġunti jiddeterminaw il-kundizzjonijiet li japplikaw fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta' partijiet terzi u jistabbilixxu miżuri li jiggarantixxu l-kunfidenzjalità u s-sigurtà tal-informazzjoni skambjata. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni skambjata tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet stabbilita dik l-analiżi konġunta.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1640
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|