|
+Artikolu 33 Użu li l-FIUs jagħmlu mill-informazzjoni skambjata bejniethom |
Artikolu 33 Użu li l-FIUs jagħmlu mill-informazzjoni skambjata bejniethomArtikolu 33 Użu li l-FIUs jagħmlu mill-informazzjoni skambjata bejniethom L-informazzjoni u d-dokumenti riċevuti skont l-Artikoli 29, 31 u 32 għandhom jintużaw għat-twettiq tal-kompiti tal-FIU kif stabbiliti f'din id-Direttiva. Meta tiskambja informazzjoni u dokumenti skont l-Artikoli 29 u 31, l-FIU trażmittenti tista' timponi restrizzjonijiet u kundizzjonijiet għall-użu ta' dik l-informazzjoni, ħlief meta t-trażmissjoni tikkonsisti f'rapport ippreżentat minn entità marbuta b'obbligu skont l-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) 2024/1624, jew informazzjoni derivata minnu, li tikkonċerna Stat Membru ieħor fejn l-entità marbuta b'obbligu topera permezz tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li ma tinkludi l-ebda rabta mal-Istat Membru tal-FIU trażmittenti. L-FIU riċeventi għandha tirrispetta dawk ir-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIUs jaħtru tal-anqas persuna jew punt uniku ta' kuntatt li jkun responsabbli biex jirċievi talbiet għall-informazzjoni minn FIUs fi Stati Membri oħra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|