+Artikolu 47 1
|
Artikolu 47 1
1. Meta l-entitajiet marbutin b'obbligu li ma jkunux parti minn grupp iwettqu attivitajiet transfruntiera kif imsemmi fl-Artikolu 54(1) u s-superviżjoni tiġi kondiviża bejn is-superviżuri tal-Istati Membri domiċiljari u ospitanti skont l-Artikoli 37(1) u 38(1), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk is-superviżuri jikkooperaw ma' xulxin kemm jista' jkun u jassistu lil xulxin fit-twettiq tas-superviżjoni skont l-Artikoli 37(1) u 38(1).
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, u ħlief f'każijiet fejn il-kulleġġi superviżorji għall-AML/CFT ikunu stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 49, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżuri:
|
(a)
|
jipprovdu lil xulxin kwalunkwe informazzjoni li jeħtieġu għall-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji tagħhom, kemm jekk fuq talba kif ukoll fuq inizjattiva tagħhom stess, inkluż l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 46(3), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (d), meta dik l-informazzjoni tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti superviżorji;
|
|
(b)
|
jinfurmaw lil xulxin dwar kwalunkwe żvilupp negattiv fir-rigward tal-entità marbuta b'obbligu, l-istabbilimenti jew it-tipi ta' infrastruttura tagħha, li jistgħu jaffettwaw serjament il-konformità tal-entità mar-rekwiżiti applikabbli, u sanzjonijiet pekunarji li beħsiebhom jimponu, jew miżuri amministrattivi li beħsiebhom japplikaw f'konformità mat-Taqsima 4 ta' dan il-Kapitolu;
|
|
(c)
|
jkunu jistgħu jwettqu, fil-limiti tas-setgħat tagħhom, investigazzjonijiet f'isem superviżur rikjedenti, u jikkondividu l-informazzjoni miksuba permezz ta' tali investigazzjonijiet, jew jiffaċilitaw it-twettiq ta' tali investigazzjonijiet mis-superviżur rikjedenti.
|
Dan il-paragrafu għandhom japplikaw ukoll fil-każ ta' entitajiet marbutin b'obbligu li huma stabbiliti fi Stat Membru wieħed u li joperaw bil-libertà li jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor mingħajr ebda infrastruttura, fejn is-superviżjoni tal-attivitajiet f'dak l-Istat Membru l-ieħor titwettaq mis-superviżuri ta' dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 37(1), it-tieni subparagrafu.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1640
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|