2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta s-superviżur mhux finanzjarju inkarigat mill-impriża omm ta' grupp jew mill-uffiċċju prinċipali ta' entità marbuta b'obbligu ma jistabbilix kulleġġ, is-superviżuri mhux finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (b) jistgħu, wara li jkunu qiesu r-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu li l-entità jew il-grupp marbut b'obbligu jkun espost għalihom u l-iskala tal-attivitajiet transfruntiera tiegħu, jippreżentaw opinjoni li għandu jiġi stabbilit kulleġġ. Dik l-opinjoni għandha tiġi ppreżentata minn tal-anqas żewġ superviżuri mhux finanzjarji u indirizzata lil:
|
(a)
|
is-superviżur mhux finanzjarju inkarigat mill-impriża omm ta' grupp jew mill-uffiċċju prinċipali ta' entità marbuta b'obbligu;
|
|
(c)
|
is-superviżuri mhux finanzjarji l-oħra kollha.
|
Meta s-superviżur mhux finanzjarju msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jkun korp ta' awtoregolamentazzjoni, dik l-opinjoni għandha tkun preżentata wkoll lill-awtorità pubblika inkarigata mis-sorveljanza ta' dak il-korp ta' awtoregolamentazzjoni skont l-Artikolu 52.