3. Meta, wara li tiġi ppreżentata opinjoni skont il-paragrafu 2, is-superviżur mhux finanzjarju inkarigat mill-impriża omm ta' grupp jew mill-uffiċċju prinċipali ta' entità marbuta b'obbligu xorta jqis li mhuwiex meħtieġ li jiġi stabbilit kulleġġ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżuri mhux finanzjarji l-oħra jkunu jistgħu jistabbilixxu l-kulleġġ, dment li dan ikun magħmul minn mill-inqas żewġ membri. F'dawk il-każijiet, dawk is-superviżuri mhux finanzjarji għandhom jiddeċiedu bejniethom min huwa s-superviżur inkarigat mill-kulleġġ. Is-superviżur mhux finanzjarju inkarigat mill-impriża omm ta' grupp jew mill-uffiċċju prinċipali ta' entità marbuta b'obbligu għandu jiġi infurmat dwar l-attivitajiet tal-kulleġġ u jkun jista' jissieħeb mal-kulleġġ fi kwalunkwe ħin.