+Artikolu 52 7
|
Artikolu 52 7
7. L-awtorità pubblika li tissorvelja l-korpi ta' awtoregolamentazzjoni għandha tippubblika rapport annwali li jkun fih informazzjoni dwar:
|
(a)
|
l-għadd u n-natura tal-ksur identifikat minn kull korp ta' awtoregolamentazzjoni u s-sanzjonijiet pekunarji imposti fuq, jew il-miżuri amministrativi applikati għal, l-entitajiet marbutin b'obbligu;
|
|
(b)
|
l-għadd ta' tranżazzjonijiet suspettużi rrapportati mill-entitajiet marbutin b’obbligu soġġetti għas-superviżjoni minn kull korp ta' awtoregolamentazzjoni lill-FIU, kemm jekk sottomessi direttament skont l-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) 2024/1624, jew jekk mibgħuta minn kull korp ta' awtoregolamentazzjoni lill-FIU skont l-Artikolu 70(1) ta' dak ir-Regolament;
|
|
(c)
|
l-għadd u d-deskrizzjoni ta’ sanzjonijiet pekunarji u pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti jew miżuri amministrattivi applikati skont it-Taqsima 4 ta' dan il-Kapitolu minn kull korp ta' awtoregolamentazzjoni biex jiġi żgurat il-monitoraġġ tal-konformità mill-entitajiet marbutin b'obbligu mar- Regolament (UE) 2024/1624 imsemmija fl-Artikolu 55(1) ta' din id-Direttiva;
|
|
(d)
|
l-għadd u d-deskrizzjoni tal-miżuri meħuda mill-awtorità pubblika li tissorvelja l-korpi ta' awtoregolamentazzjoni skont dan l-Artikolu u l-għadd ta' struzzjonijiet maħruġa lill-korpi ta' awtoregolamentazzjoni.
|
Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun disponibbli fuq is-sit web tal-awtorità pubblika li tissorvelja l-korpi ta' awtoregolamentazzjoni u għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni u lill-AMLA.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1640
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|