5. F'konformità ma’ din id-Direttiva u d-dritt nazzjonali, sanzjonijiet pekunjarji għandhom jiġu imposti u miżuri amministrattivi għandhom jiġu applikati fi kwalunkwe mod minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
direttament mis-superviżuri;
|
|
(b)
|
f'kooperazzjoni bejn is-superviżuri u awtoritajiet oħra;
|
|
(c)
|
taħt ir-responsabbiltà tas-superviżuri b'delega għal awtoritajiet oħra;
|
|
(d)
|
b'applikazzjoni mis-superviżuri lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.
|
Sal-10 ta’ Ottubru 2027, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-AMLA l-informazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti relatati mal-impożizzjoni ta' sanzjonijiet pekunarji jew mal-applikazzjoni ta’ miżuri amministrattivi skont dan il-paragrafu, inkluż, fejn rilevanti, informazzjoni dwar jekk ċerti sanzjonijiet jew miżuri jeħtiġux ir-rikors għal proċedura speċifika.