|
+Artikolu 29a 3. |
Artikolu 29a 3.Fejn applikabbli, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun fiha informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tal-grupp u l-katina tal-valur tiegħu, inklużi l-prodotti u s-servizzi tiegħu, ir-relazzjonijiet kummerċjali tiegħu u l-katina tal-provvista tiegħu. Għall-finijiet tat-tielet, ir-raba’ u l-ħames subparagrafi, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“impriża li tirrapporta” tfisser impriża meħtieġa li tirrapporta skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;
(b)
“impriża protetta” tfisser impriża li:
(i)
fid-data tal-karta tal-bilanċ tagħha, ma taqbiżx għadd medju ta’ 1 000 impjegat matul is-sena finanzjarja preċedenti; u
(ii)
tkun fil-katina tal-valur ta’ impriża li tirrapporta;
(c)
“standards volontarji” tfisser l-istandards għall-użu volontarju kif imsemmi fl-Artikolu 29ca. L-impriżi li jirrapportaw jistgħu joqogħdu fuq awtodikjarazzjoni mill-impriżi fil-katina tal-valur tagħhom biex jiddeterminaw jekk humiex impriżi protetti. L-impriżi li jirrapportaw ma għandhomx ikunu meħtieġa jieħdu passi biex jivverifikaw l-informazzjoni li tinsab f’awtodikjarazzjoni bħal din. Madankollu, huma ma għandhomx jiddependu fuq l-awtodikjarazzjoni meta jkunu jafu, jew jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jkunu jafu, li d-dikjarazzjoni hija manifestament skorretta. L-impriżi protetti għandhom id-dritt li jirrifjutaw li jipprovdu informazzjoni li teċċedi l-informazzjoni speċifikata fl-istandards volontarji bi tweġiba għal talba magħmula għall-fini tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà kif meħtieġ minn din id-Direttiva. Barra minn hekk:
(a)
meta jistabbilixxu arranġamenti kuntrattwali u arranġamenti oħra għall-fini li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ din id-Direttiva, l-impriżi li jirrapportaw ma għandhomx jirrikjedu li l-impriżi protetti jipprovdu informazzjoni li teċċedi l-informazzjoni speċifikata fl-istandards volontarji;
(b)
kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali li tmur kontra l-punt (a) ma għandhiex tkun vinkolanti, mingħajr madankollu ma taffettwa n-natura vinkolanti tad-dispożizzjonijiet li jifdal tal-kuntratt;
(c)
meta impriża li tirrapporta titlob informazzjoni, direttament jew indirettament, mingħand impriżi protetti għall-fini tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà kif meħtieġ minn din id-Direttiva, u xi informazzjoni jew l-informazzjoni kollha teċċedi l-informazzjoni speċifikata fl-istandards volontarji, dik l-impriża li tirrapporta għandha tiżgura li l-impriżi protetti jiġu infurmati dwar dan li ġej:
(i)
liema informazzjoni teċċedi l-informazzjoni speċifikata fl-istandards volontarji; u
(ii)
id-dritt statutorju tal-impriżi protetti li jirrifjutaw li jipprovdu l-informazzjoni;
(d)
l-impriżi li jirrapportaw l-informazzjoni meħtieġa dwar il-katina tal-valur mingħajr rapportar mill-impriżi protetti kwalunkwe informazzjoni li teċċedi l-informazzjoni speċifikata fl-istandards volontarji huma meqjusin bħala li kkonformaw mal-obbligu li jirrapportaw l-informazzjoni dwar il-katina tal-valur stabbilit fl-ewwel subparagrafu. L-ebda dispożizzjoni fir-raba’ subparagrafu:
(a)
ma taffettwa t-talbiet għal informazzjoni magħmula għal finijiet oħra għajr ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà kif meħtieġ minn din id-Direttiva, inklużi talbiet magħmula għal finijiet ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar l-impriżi biex iwettqu proċess ta’ diliġenza dovuta; jew
(b)
timponi jew timplika kwalunkwe obbligu fuq kwalunkwe impriża fil-katina tal-valur li tipprovdi informazzjoni dwar is-sostenibbiltà. Għall-ewwel tliet snin minn meta tkun soġġetta għal rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà skont il-paragrafu 1, u f’każ li ma tkunx disponibbli l-informazzjoni kollha meħtieġa rigward il-katina tal-valur tagħha, l-impriża omm għandha tispjega l-isforzi li jkunu saru biex tinkiseb l-informazzjoni neċessarja dwar il-katina tal-valur tagħha, ir-raġunijiet għaliex ma tkunx setgħet tinkiseb l-informazzjoni kollha meħtieġa, u l-pjanijiet li jkollha biex tikseb l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-futur. Wara dak il-perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ tliet snin, l-impriża omm għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ rapportar għall-informazzjoni dwar il-katina tal-valur billi tuża informazzjoni miksuba direttament mill-impriżi fil-katina tal-valur tagħha jew stimi ta’ dik l-informazzjoni, kif xieraq. Fejn applikabbli, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tinkludi wkoll referenzi u spjegazzjonijiet addizzjonali għall-informazzjoni oħra inkluża fir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat f’konformità mal-Artikolu 29 ta’ din id-Direttiva u l-ammonti rrapportati fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati. Meta jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-impriżi prinċipali jistgħu jħallu barra l-informazzjoni li ġejja:
(a)
f’każijiet eċċezzjonali, informazzjoni li d-divulgazzjoni tagħha tkun ta’ preġudizzju serju għall-pożizzjoni kummerċjali tal-grupp, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
tali ommissjoni ma tipprevjenix fehim ġust u bbilanċjat tal-iżvilupp, tal-prestazzjoni u tal-pożizzjoni tal-grupp, jew tar-riskji prinċipali jew tal-impatti prinċipali tiegħu;
(ii)
l-impriża prinċipali tkun iddeterminat li huwa impossibbli li tiġi divulgata l-informazzjoni b’mod li jippermettilha tilħaq l-objettivi tar-rekwiżit ta’ divulgazzjoni mingħajr ma tippreġudika serjament il-pożizzjoni kummerċjali tal-grupp, pereżempju fuq bażi aggregata;
(iii)
l-impriża prinċipali tiddivulga l-fatt li użat l-eżenzjoni stabbilita f’dan is-subparagrafu; u
(iv)
l-impriża omm tivvaluta mill-ġdid f’kull data ta’ rapportar jekk l-informazzjoni tistax titħalla barra;
(b)
informazzjoni li tikkorrispondi għall-kapital intellettwali, il-proprjetà intellettwali, l-għarfien espert, l-informazzjoni teknoloġika, jew ir-riżultati ta’ innovazzjoni li tikkwalifika bħala sigriet kummerċjali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2016/943, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
l-impriża prinċipali tiddivulga l-fatt li użat l-eżenzjoni stabbilita f’dan is-subparagrafu; u
(ii)
l-impriża omm tivvaluta mill-ġdid f’kull data ta’ rapportar jekk l-informazzjoni tistax titħalla barra;
(c)
informazzjoni klassifikata definita fl-Artikolu 2, il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2023/2418, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
l-impriża prinċipali tiddivulga l-fatt li użat l-eżenzjoni stabbilita f’dan is-subpragrafu; u
(ii)
l-impriża omm tivvaluta mill-ġdid f’kull data ta’ rapportar jekk l-informazzjoni tistax titħalla barra;
(d)
informazzjoni oħra li għandha tiġi protetta minn aċċess jew divulgazzjoni mhux awtorizzati minħabba obbligi stabbiliti f’atti legali oħra tal-Unjoni jew fil-liġi nazzjonali jew sabiex jiġu ssalvagwardjati l-privatezza jew is-sigurtà ta’ persuna fiżika jew is-sigurtà ta’ persuna ġuridika, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
l-impriża prinċipali tiddivulga l-fatt li użat l-eżenzjoni stabbilita f’dan is-subparagrafu; u
(ii)
l-impriża omm tivvaluta mill-ġdid f’kull data ta’ rapportar jekk l-informazzjoni tistax titħalla barra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|