|
+Artikolu 29b 2. |
Artikolu 29b 2.
►M8
L-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandhom jiżguraw il-kwalità tal-informazzjoni rraportata, billi jirrikjedu li din tkun tinftiehem, rilevanti, verifikabbli, komparabbli u rrappreżentata b’mod leali. L-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandhom jevitaw li jimponu piż amministrattiv jew finanzjarju sproporzjonat fuq l-impriżi, inkluż billi jqisu, kemm jista’ jkun possibbli, il-ħidma ta’ ffissar ta’ standards globali li jistabbilixxu l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà kif jirrikjedi l-punt (a) tal-paragrafu 5, u billi jiżguraw kemm jista’ jkun koerenza ma’ rekwiżiti f'atti legali oħra tal-Unjoni. L-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandhom, sa fejn ikun possibbli, jagħtu prijorità lid-divugazzjoni ta’ informazzjoni kwantitattiva, filwaqt li jqisu l-piż fuq l-impriżi u l-ħtiġijiet tal-utenti. ◄
L-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandhom, filwaqt li jqisu s-suġġett ta’ standard partikolari tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà:
(a)
jispeċifikaw l-informazzjoni li l-impriżi jridu jiddivulgaw dwar il-fatturi ambjentali li ġejjin:
(i)
il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, inkluż fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-ambitu 1, l-ambitu 2 u, fejn rilevanti, l-ambitu 3,
(ii)
l-adattament għat-tibdil fil-klima;
(iii)
ir-riżorsi tal-ilma u tal-baħar;
(iv)
l-użu tar-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari;
(v)
it-tniġġis;
(vi)
il-bijodiversità u l-ekosistemi;
(b)
jispeċifikaw l-informazzjoni li l-impriżi jridu jiddivulgaw dwar il-fatturi soċjali u relatati mad-drittijiet tal-bniedem li ġejjin:
(i)
opportunitajiet indaqs għal kulħadd, inklużi l-ugwaljanza bejn is-sessi u paga ugwali għal xogħol ugwali, it-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħiliet, l-impjieg u l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità, miżuri kontra l-vjolenza u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol u d-diversità;
(ii)
il-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż l-impjieg sikur, il-ħin tax-xogħol, il-pagi adegwati, id-djalogu soċjali, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, l-eżistenza ta’ kunsilli tax-xogħolijiet, in-negozjar kollettiv, inkluż il-proporzjon ta’ ħaddiema koperti minn ftehimiet kollettivi, id-drittijiet ta’ informazzjoni, konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u s-saħħa u s-sikurezza;
(iii)
ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għal-libertajiet fundamentali, għall-prinċipji demokratiċi u għall-istandards stabbiliti fil-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem u f’konvenzjonijiet ewlenin oħrajn tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, id-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol u l-konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, il-Karta Soċjali Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
(c)
jispeċifikaw l-informazzjoni li l-impriżi jridu jiddivulgaw dwar il-fatturi ta’ governanza li ġejjin:
(i)
ir-rwol tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriża fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, u l-kompożizzjoni tagħhom, kif ukoll l-għarfien espert u l-ħiliet tagħhom b’rabta mat-twettiq ta’ dak ir-rwol jew l-aċċess li jkollhom tali korpi għal tali għarfien espert u ħiliet;
(ii)
il-karatteristiċi ewlenin tas-sistemi ta’ kontroll intern u tal-immaniġġjar tar-riskji fir-rigward tal-proċess ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet;
(iii)
l-etika tan-negozju u l-kultura korporattiva, inklużi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim, il-protezzjoni tal-informaturi u l-benessri tal-annimali;
(iv)
attivitajiet u impenji tal-impriża b’rabta mal-eżerċitazzjoni tal-influwenza politika tagħha, inklużi attivitajiet ta’ lobbying;
(v)
il-ġestjoni u l-kwalità tar-relazzjonijiet mal-klijenti, il-fornituri u l-komunitajiet affettwati mill-attivitajiet tal-impriża, inkluż il-prattiki ta’ pagament, speċjalment fir-rigward ta’ ħlasijiet tard lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|