+Artikolu 40a 1.

Artikolu 40a 1.

Stat Membru għandu jirrikjedi li impriża sussidjarja stabbilita fit-territorju tiegħu li l-impriża prinċipali apikali tagħha tkun irregolata mil-liġi ta’ pajjiż terz tippubblika u trendi aċċessibbli rapport dwar is-sostenibbiltà li jkopri l-informazzjoni speċifikata fil-punti (a)(iii) sa (a)(v), il-punti (b) sa (f) u, fejn xieraq, il-punt (h) tal-Artikolu 29a(2) fil-livell ta’ grupp ta’ dik l-impriża prinċipali apikali ta’ pajjiż terz.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għal impriżi sussidjarji li, fid-dati tal-karta tal-bilanċ tagħhom, jaqbżu fatturat nett ta’ EUR 200 000 000 fis-sena finanzjarja preċedenti.

Stat Membru għandu jirrikjedi li fergħa li tkun lokalizzata fit-territorju tiegħu, u li tkun fergħa ta’ impriża rregolata mil-liġi ta’ pajjiż terz, li jewma tkunx parti minn grupp jew fl-aħħar mill-aħħar tkun miżmuma minn impriża li tkun iffurmata f’konformità mal-liġi ta’ pajjiż terz, tippubblika u trendi aċċessibbli rapport dwar is-sostenibbiltà li jkopri l-informazzjoni speċifikata fil-punti (a)(iii) sa (a)(v), il-punti (b) sa (f) u, fejn xieraq, il-punt (h) tal-Artikolu 29a(2), fil-livell ta’ grupp, jew, jekk mhux applikabbli, il-livell individwali, tal-impriża ta’ pajjiż terz.

Ir-regola msemmija fit-tielet subparagrafu għandha tapplika biss għal fergħa fejn l-impriża ta’ pajjiż terz ma jkollhiex impriża sussidjarja kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, u fejn il-fergħa tkun iġġenerat fatturat nett li jaqbeż EUR 200 000 000 fis-sena finanzjarja preċedenti.

L-ewwel u t-tielet subparagrafi għandhom japplikaw biss għall-impriżi sussidjarji jew għall-fergħat imsemmija f’dawk is-subparagrafi fejn l-impriża ta’ pajjiż terz, fil-livell ta’ grupp tagħha, jew, jekk mhux applikabbli, il-livell individwali, tkun iġġenerat fatturat nett li jaqbeż EUR 450 000 000 fl-Unjoni għal kull waħda mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi.

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-impriżi sussidjarji jew il-fergħat imsemmija fl-ewwel u t-tielet subparagrafi jibagħtulhom informazzjoni dwar il-fatturat nett iġġenerat fit-territorju tagħhom u fl-Unjoni mill-impriżi ta’ pajjiżi terzi.

B’deroga mill-ewwel u t-tielet subparagrafi, meta l-impriża ta’ pajjiż terz tkun impriża holding finanzjarja li l-mudelli ta’ negozju u l-operazzjonijiet tal-impriżi sussidjarji tagħha jkunu indipendenti minn xulxin, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sussidjarji u l-fergħat ikunu jistgħu jiddeċiedu li ma jippubblikawx u ma jagħmlux aċċessibbli r-rapport dwar is-sostenibbiltà msemmi fl-ewwel u fit-tielet subparagrafi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.