|
+Artikolu 41 Definizzjonijiet relatati ma' rappurtar dwar pagamenti lil gvernijiet |
Artikolu 41 Definizzjonijiet relatati ma' rappurtar dwar pagamenti lil gvernijietArtikolu 41 Definizzjonijiet relatati ma' rappurtar dwar pagamenti lil gvernijiet Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1.
“impriża attiva fl-industrija estrattiva” tfisser impriża b'attività li tinvolvi l-esplorazzjoni, il-prospettar, l-iskoperta, l-iżvilupp u l-estrazzjoni ta' minerali, żejt, u depożiti ta' gass naturali jew materjali oħrajn, fl-ambitu tal-attivitajiet ekonomiċi elenkati fit-Taqsima B-Diviżjonijiet 05 sa 08 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 ( 33 );
2.
“impriża attiva fil-qtugħ tas-siġar tal-foresti primarji” tfisser impriża b'attivitajiet kif imsemmijin fit-Taqsima A-Diviżjoni 02, Grupp 02.2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 1, f'foresti primarji;
3.
“gvern” tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru jew ta' pajjiż terz. Tinkludi dipartiment, aġenzija jew impriża kkontrollata minn dik l-awtorità kif stipulat fl-Artikolu 22(1) sa (6) ta' din id-Direttiva;
4.
“proġett” tfisser l-attivitajiet operazzjonali li huma rregolati minn kuntratt wieħed, liċenzja waħda, kera waħda, konċessjoni waħda jew ftehimiet legali simili u jiffurmaw il-bażi għal obbligu ta' pagament ma' gvern. Minkejja dan, jekk diversi ftehimiet bħal dawn huma interkonnessi sostanzjalment, dan għandu jitqies bħala proġett;
5.
“pagament” tfisser ammont imħallas, sew fi flus jew in natura, għal attivitajiet kif deskritti fil-punti 1 u 2, tat-tipi li ġejjin:
(a)
drittijiet għal produzzjoni;
(b)
taxxi imposti fuq id-dħul, il-produzzjoni jew il-profitti ta' kumpanniji, li jeskludu taxxi imposti fuq il-konsum bħal taxxi fuq il-valur miżjud, taxxi fuq id-dħul personali jew taxxi fuq il-bejgħ;
(c)
drittijiet monetarji (royalties);
(d)
dividendi;
(e)
bonusijiet li jitħallsu mal-firma ta' kuntratt, mal-iskoperta jew mal-bidu tal-produzzjoni;
(f)
ħlasijiet ta’ liċenzji, ħlasijiet għall-parteċipazzjoni, u korrispettivi oħra għal-liċenzji u/jew konċessjonijiet; u
(g)
pagamenti għal titjib fl-infrastruttura; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|