+Artikolu 20 Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
|
Artikolu 20 Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex iwettqu l-kompiti previsti f'dan ir-Regolament u biex jiżguraw li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu niminati minn fost dawn li ġejjin:
(a)
l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/109/KE;
(b)
l-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2004/109/KE;
(c)
l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2006/43/KE.
|
|
Artikolu 20 2.
|
B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li r-responsabilità għall-iżgurar tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha jew parti minnhom tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament għandha tiġi fdata, kif inhu xieraq, lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fi:
(a)
l-Artikolu 48 tad-Direttiva 2004/39/KE;
(b)
l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/109/KE;
(c)
il-punt (h) tal-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2004/109/KE;
(d)
l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2007/64/KE;
(e)
l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2009/138/KE;
(f)
l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;
jew lil awtoritajiet oħra maħtura bil-liġi nazzjonali.
|
|
Artikolu 20 3.
|
Fejn tkun inħatret aktar minn awtorità kompetenti waħda skont il-paragrafi 1 u 2, dawk l-awtoritajiet għandhom jiġu organizzati b'tali mod li l-kompiti tagħhom ikunu allokati b'mod ċar.
|
|
Artikolu 20 4.
|
Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' Stat Membru li jagħmel arranġamenti legali u amministrattivi separati għal pajjiżi u territorji extra-Ewropej li magħhom l-Istat Membru jkollu relazzjonijiet speċjali.
|
|
Artikolu 20 5.
|
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tikkonsolida din l-informazzjoni u tagħmilha pubblika.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0537
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|