+Artikolu 12 Interoperabbiltà
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12 8.
---+Artikolu 12 9.
|
Artikolu 12 Interoperabbiltà
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
L-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika nazzjonali notifikati skont l-Artikolu 9(1) għandhom ikunu interoperabbli.
|
|
Artikolu 12 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, għandu jiġi stabbilit qafas ta’ interoperabbiltà.
|
|
Artikolu 12 3.
|
Il-qafas ta’ interoperabbiltà għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(a)
ikollu l-għan li jkun teknoloġikament newtrali u ma jiddiskriminax bejn kwalunkwe soluzzjoni teknika nazzjonali speċifika għall-identifikazzjoni elettronika fi Stat Membru;
(b)
isegwi standards Ewropej u internazzjonali, fejn possibbli;
▼M2
(c)
jiffaċilita, l-implimentazzjoni tal-privatezza u s-sigurtà bid-disinn
▼M2 —————
▼B
|
|
Artikolu 12 4.
|
Il-qafas ta’ interoperabbiltà għandu jikkonsisti minn:
(a)
referenza għal rekwiżiti tekniċi minimi marbuta mal-livelli ta’ assigurazzjoni skont l-Artikolu 8;
(b)
deskrizzjoni dettaljata tal-livelli ta’ assigurazzjoni nazzjonali ta’ skemi ta’ identifikazzjoni elettronika notifikati fil-livell ta’ assigurazzjoni skont l-Artikolu 8;
(c)
referenza għar-rekwiżiti tekniċi minimi għall-interoperabbiltà;
▼M2
(d)
referenza għal sett minimu ta’ data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna meħtieġa biex b’mod unikutirrappreżenta persuna ġuridika jew fiżika, jew persuna fiżika li tirrappreżenta persuna fiżika oħra jew persuna ġuridika li hija disponibbli minn skemi ta’ identifikazzjoni elettronika;
▼B
(f)
arranġamenti għar-riżoluzzjoni tat-tilwim; u
(g)
standards tas-sigurtà operazzjonali komuni.
|
|
Artikolu 12 5.
|
L-Istati Membri għandhom iwettqu evalwazzjonijiet bejn il-pari tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, li għandhom jiġu nnotifikati skont l-Artikolu 9(1), il-punt (a).
|
|
Artikolu 12 6.
|
Sat-18 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-arranġamenti proċedurali meħtieġa għall-evalwazzjonijiet bejn il-pari msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu bil-ħsieb li jitrawwem livell għoli ta’ fiduċja u sigurtà xierqa għal-livell ta’ riskju. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).
|
|
Artikolu 12 8.
|
Sat-18 ta’ Settembru 2025, għall-fini li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-rekwiżit skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, soġġett għall-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u filwaqt li jiġu kkunsidrati r-riżultati tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-qafas ta’ interoperabbiltà kif stipulat fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).
|
|
Artikolu 12 9.
|
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 7 u 8 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0910
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|