+Artikolu 9 Irtirar tal-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3
---+Artikolu 9 4
---+Artikolu 9 5
---+Artikolu 9 6
|
Artikolu 9 Irtirar tal-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali fejn:
|
(a)
|
id-dokumenti ppreżentati għall-fini tal-Artikoli 5 jew 6 kienu nkisbu bi frodi, jew iffalsifikati, jew imbagħbsa; jew
|
|
(b)
|
id-detentur ikun qed joqgħod fil-pajjiż għal finijiet li mhumiex dawk li għalihom hu kien awtorizzat li joqgħod.
|
|
|
Artikolu 9 2
|
2. L-Istati Membri għandhom, jekk ikun il-każ, jirtiraw l-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali fejn:
|
(a)
|
il-persuna li tħaddem ġiet sanzjonata skont il-liġi nazzjonali għal xogħol mhux iddikjarat u/jew impjieg illegali;
|
|
(b)
|
in-negozju tal-persuna li tħaddem qed jiġi jew ġie xolt skont il-liġijiet nazzjonali ta’ insolvenza jew ma tkunx qed issir ebda attività ekonomika;
|
|
(c)
|
il-persuna li tħaddem ġiet sanzjonata taħt l-Artikolu 17.
|
|
|
Artikolu 9 3
|
3. L-Istati Membri jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali fejn:
|
(a)
|
m’għadx hemm iżjed konformità mal-Artikoli 5 jew 6;
|
|
(b)
|
il-persuna li tħaddem tkun naqset milli tissodisfa l-obbligi legali tagħha rigward is-sigurtà soċjali, it-tassazzjoni, id-drittijiet tax-xogħol, il-kondizzjonijiet tax-xogħol jew it-termini ta’ impjieg, kif previst fil-liġijiet applikabbli u/jew fi ftehimiet kollettivi;
|
|
(c)
|
il-persuna li tħaddem ma wettqitx l-obbligi tagħha taħt il-kuntratt tax-xogħol; jew
|
|
(d)
|
fi żmien it-12-il xahar li jippreċedu immedjatament id-data tal-applikazzjoni, il-persuna li tħaddem eliminat pożizzjoni full-time sabiex toħloq pożizzjoni vakanti li persuna li tħaddem tkun qed tipprova timla bl-użu ta’ din id-Direttiva.
|
|
|
Artikolu 9 4
|
4. L-Istati Membri jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz japplika għal protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) jew għal protezzjoni f’konformità mal-liġi nazzjonali, l-obbligi internazzjonali jew il-prattika tal-Istat Membru kkonċernat.
|
|
Artikolu 9 5
|
5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, kwalunkwe deċiżjoni biex tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni għandha tikkunsidra ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, inklużi l-interessi tal-ħaddiem staġonali, u tirrispetta l-prinċipju ta’ proporzjonalità.
|
|
Artikolu 9 6
|
6. Ir-raġunijiet għal rifjut jew revoka ta’ viża għal soġġorn qasir huma regolati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi dwar il-Viżi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.03.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|