|
+Artikolu 4 1. |
Artikolu 4 1.Il-kontropartijiet għall-SFTs għandhom jirrapportaw id-dettalji ta’ kwalunkwe SFT li huma jkunu kkonkludew, flimkien ma’ kwalunkwe modifika jew terminazzjoni għalihom, lil repożitorju tat-transazzjonijiet irreġistrat skont l-Artikolu 5 jew rikonoxxut skont l-Artikolu 19. Dawk id-dettalji għandhom jiġu rrapportati mhux iżjed tard mill-jum ta’ xogħol ta’ wara l-konklużjoni, il-modifika jew it-terminazzjoni tat-transazzjoni. L-obbligu ta’ rapportar stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandu japplika għal SFTs li:
(a)
jkunu ġew konklużi qabel id-data ta’ applikazzjoni rilevanti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 33(2) u li baqgħu pendenti f’dik id-data, jekk:
(i)
il-maturità residwa ta’ dawk l-SFTs f’dik id-data taqbeż 180 jum; jew
(ii)
dawk l-SFTs ikollhom maturità miftuħa u jibqgħu pendenti 180 jum wara dik id-data;
(b)
jiġu konklużi fid-data jew wara d-data ta’ applikazzjoni rilevanti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 33(2). L-SFTs imsemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu għandhom jiġu rrapportati fi żmien 190 jum mid-data tal-applikazzjoni rilevanti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 33(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|