+Artikolu 12 Trasparenza u disponibbiltà tad-data miżmuma f’repożitorju tat-transazzjonijiet
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.

Artikolu 12 Trasparenza u disponibbiltà tad-data miżmuma f’repożitorju tat-transazzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.
Ir-repożitorju tat-transazzjonijiet għandu, regolarment u b’mod faċilment aċċessibbli, jippubblika pożizzjonijiet aggregati skont it-tip ta’ SFTs irrapportati lilu.
Artikolu 12 2.

Ir-repożitorju tat-transazzjoniijet għandu jiġbor u jżomm id-dettalji tal-SFTs u għandu jiżgura li l-entitajiet li ġejjin ikollhom aċċess dirett u immedjat għal dawn id-dettalji sabiex dawn ikunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom:

(a) 

l-ESMA;

(b) 

l-Awtorità Ewropea ta’ Superviżjoni (l-Awtorità Bankarja Ewropea) (“EBA”);

(c) 

l-Awtorità Ewropea ta’ Superviżjoni (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (“EIOPA”);

(d) 

il-BERS;

(e) 

l-awtorità kompetenti li twettaq superviżjoni tal-postijiet tat-transazzjonijiet rrapportati;

(f) 

il-membri rilevanti tas-SEBĊ, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fit-twettiq tal-kompiti tiegħu fi ħdan mekkaniżmu superviżorju uniku skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013;

(g) 

l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz li fir-rigward tiegħu jkun ġie adottat att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 19(1);

(h) 

l-awtoritajiet superviżjorji maħtura skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 );

(i) 

l-awtoritajiet rilevanti tat-titoli u s-swieq tal-Unjoni li r-responsabbiltajiet u l-mandati superviżorji rispettivi tagħhom ikopru t-transazzjonijiet, is-swieq, il-parteċipanti u l-assi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(j) 

l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 );

(k) 

l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 );

(l) 

il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 );

(m) 

l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 16(1);

▼M2

(n) 

l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ).

▼B

Artikolu 12 3.

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ u filwaqt li tqis il-ħtiġijiet tal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a) 

il-frekwenza u d-dettalji tal-pożizzjonijiet aggregati msemmija fil-paragrafu 1 u d-dettalji tal-SFTs imsemmija fil-paragrafu 2;

(b) 

l-istandards operazzjonali meħtieġa, b’mod f’waqtu, strutturat u komprensiv; għal:

(i) 

ġbir ta’ data mir-repożitorji tat-transazzjonijiet;

(ii) 

aggregazzjoni u tqabbil ta’ data bejn repożitorju u ieħor;

(c) 

id-dettalji tal-informazzjoni li għaliha jkollhom aċċess l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, b’kont meħud tal-mandat tagħhom u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom;

(d) 

it-termini skont liema u l-kondizzjonijiet li bihom l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandu jkollhom aċċess dirett u immedjat għal data miżmuma f’repożitorji tat-transazzjonijiet.

Dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 1 ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ parti għal ebda SFT.

L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-13 ta’ Jannar 2017.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R2365
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.