|
+Artikolu 12 2. |
Artikolu 12 2.Ir-repożitorju tat-transazzjoniijet għandu jiġbor u jżomm id-dettalji tal-SFTs u għandu jiżgura li l-entitajiet li ġejjin ikollhom aċċess dirett u immedjat għal dawn id-dettalji sabiex dawn ikunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom:
(a)
l-ESMA;
(b)
l-Awtorità Ewropea ta’ Superviżjoni (l-Awtorità Bankarja Ewropea) (“EBA”);
(c)
l-Awtorità Ewropea ta’ Superviżjoni (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (“EIOPA”);
(d)
il-BERS;
(e)
l-awtorità kompetenti li twettaq superviżjoni tal-postijiet tat-transazzjonijiet rrapportati;
(f)
il-membri rilevanti tas-SEBĊ, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fit-twettiq tal-kompiti tiegħu fi ħdan mekkaniżmu superviżorju uniku skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013;
(g)
l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz li fir-rigward tiegħu jkun ġie adottat att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 19(1);
(h)
l-awtoritajiet superviżjorji maħtura skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 );
(i)
l-awtoritajiet rilevanti tat-titoli u s-swieq tal-Unjoni li r-responsabbiltajiet u l-mandati superviżorji rispettivi tagħhom ikopru t-transazzjonijiet, is-swieq, il-parteċipanti u l-assi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(j)
l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 );
(k)
l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 );
(l)
il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 );
(m)
l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 16(1);
(n)
l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|