|
+Artikolu 12 3. |
Artikolu 12 3.Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ u filwaqt li tqis il-ħtiġijiet tal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a)
il-frekwenza u d-dettalji tal-pożizzjonijiet aggregati msemmija fil-paragrafu 1 u d-dettalji tal-SFTs imsemmija fil-paragrafu 2;
(b)
l-istandards operazzjonali meħtieġa, b’mod f’waqtu, strutturat u komprensiv; għal:
(i)
ġbir ta’ data mir-repożitorji tat-transazzjonijiet;
(ii)
aggregazzjoni u tqabbil ta’ data bejn repożitorju u ieħor;
(c)
id-dettalji tal-informazzjoni li għaliha jkollhom aċċess l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, b’kont meħud tal-mandat tagħhom u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom;
(d)
it-termini skont liema u l-kondizzjonijiet li bihom l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandu jkollhom aċċess dirett u immedjat għal data miżmuma f’repożitorji tat-transazzjonijiet. Dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 1 ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ parti għal ebda SFT. L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-13 ta’ Jannar 2017. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|