+Artikolu 15 Użu mill-ġdid ta’ strumenti finanzjarji riċevuti taħt arranġament kollaterali
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
|
Artikolu 15 Użu mill-ġdid ta’ strumenti finanzjarji riċevuti taħt arranġament kollaterali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
Kwalunkwe dritt tal-kontropartijiet biex jużaw mill-ġdid l-istrumenti finanzjarji riċevuti bħala kollateral għandu jkunu soġġett għal mill-inqas iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-kontroparti li tipprovdi ġiet debitament infurmata bil-miktub mill-kontroparti li tirċievi bir-riskji u l-konsegwenzi li jistgħu jkunu involuti f’xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(i)
fl-għoti ta’ kunsens għal dritt ta’ użu ta’ kollateral previst minn arranġament kollaterali ta’ titolu f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/47/KE;
(ii)
fil-konklużjoni ta’ arranġament kollaterali ta’ trasferiment ta’ titolu;
(b)
il-kontroparti li tipprovdi tkun tat il-kunsens espliċitu tagħha, kif evidenzjat b’firma, bil-miktub jew b’mod legalment ekwivalenti, tal-kontroparti li tipprovdi għal arranġament kollaterali ta’ titolu, li t-termini tiegħu jipprevedu dritt ta’ użu f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/47/KE, jew tkun qablet b’mod espliċitu li tipprovdi kollateral permezz ta’ arranġament kollaterali ta’ trasferiment ta’ titolu.
Fir-rigward tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-kontroparti li tipprovdi għandha mill-inqas tkun infurmata bil-miktub bir-riskji u l-konsegwenzi li jistgħu jinqalgħu fil-każ tal-inadempjenza tal-kontroparti li tirċievi.
|
|
Artikolu 15 2.
|
Kwalunkwe eżerċitar mill-kontropartijiet tad-dritt tagħhom għall-użu mill-ġdid għandu jkun soġġett għal mill-inqas fiż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-użu mill-ġdid jitwettaq skont it-termini speċifikati fl-arranġament kollaterali imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1;
(b)
l-istrumenti finanzjarji riċevuti taħt arranġament kollaterali jiġu trasferiti mill-kont tal-kontroparti li tipprovdi.
Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, fejn kontroparti għal arranġament kollaterali tkun stabbilita f’pajjiż terz u l-kont tal-kontroparti li tipprovdi l-kollateral jinżamm u jkun soġġett għal-liġi ta’ pajjiż terz, l-użu mill-ġdid għandu jiġi evidenzjat jew bi trasferiment mill-kont tal-kontroparti li tipprovdi jew b’mezzi adatti oħra.
|
|
Artikolu 15 3.
|
Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal leġislazzjoni settorjali aktar stretta, b’mod partikolari għad-Direttivi 2009/65/KE u 2014/65/UE, u għal liġi nazzjonali li għandhom l-għan li jiżguraw livell ogħla ta’ protezzjoni għall-kontropartijiet li jipprovdu.
|
|
Artikolu 15 4.
|
Dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-liġi nazzjonali fir-rigward tal-validità jew l-effett ta’ transazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R2365
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|