|
+Artikolu 15 1. |
Artikolu 15 1.Kwalunkwe dritt tal-kontropartijiet biex jużaw mill-ġdid l-istrumenti finanzjarji riċevuti bħala kollateral għandu jkunu soġġett għal mill-inqas iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-kontroparti li tipprovdi ġiet debitament infurmata bil-miktub mill-kontroparti li tirċievi bir-riskji u l-konsegwenzi li jistgħu jkunu involuti f’xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(i)
fl-għoti ta’ kunsens għal dritt ta’ użu ta’ kollateral previst minn arranġament kollaterali ta’ titolu f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/47/KE;
(ii)
fil-konklużjoni ta’ arranġament kollaterali ta’ trasferiment ta’ titolu;
(b)
il-kontroparti li tipprovdi tkun tat il-kunsens espliċitu tagħha, kif evidenzjat b’firma, bil-miktub jew b’mod legalment ekwivalenti, tal-kontroparti li tipprovdi għal arranġament kollaterali ta’ titolu, li t-termini tiegħu jipprevedu dritt ta’ użu f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/47/KE, jew tkun qablet b’mod espliċitu li tipprovdi kollateral permezz ta’ arranġament kollaterali ta’ trasferiment ta’ titolu. Fir-rigward tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-kontroparti li tipprovdi għandha mill-inqas tkun infurmata bil-miktub bir-riskji u l-konsegwenzi li jistgħu jinqalgħu fil-każ tal-inadempjenza tal-kontroparti li tirċievi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|