+Artikolu 29 Rapporti u rieżami
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
|
Artikolu 29 Rapporti u rieżami
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1.
|
Fi żmien 36 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(9), il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-ESMA, tippreżenta rapport dwar l-effettività, l-effiċjenza u l-proporzjonalità tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposta xierqa. Dak ir-rapport għandu jinkludi, b’mod partikolari, deskrizzjoni ġenerali tal-obbligi ta’ rapportar simili stipulati f’pajjiżi terzi, filwaqt li jieħu kont tal-ħidma fil-livell internazzjonali. Huwa għandu jiffoka wkoll fuq ir-rapportar ta’ kwalunkwe transazzjoni rilevanti li ma tkunx inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jieħu kont ta’ kwalunkwe żvilupp sinifikanti fil-prattiki tas-suq, kif ukoll jiffoka fuq l-impatt possibbli fil-livell tat-trasparenza ta’ operazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli. Għall-finijiet tar-rapport msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha, fi żmien 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(9) u kull tliet snin minn hemm ‘il quddiem, jew iktar frekwenti fejn iseħħu żviluppi sinifikanti fil-prattiki tas-suq, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-effiċjenza tar-rapportar, filwaqt li jittieħed kont tal-adegwatezza ta’ rapportar minn naħa waħda, b’mod partikolari f’termini ta’ kopertura u kwalità tar-rapportar kif ukoll it-tnaqqis fir-rapporti għar-repożitorji tat-transazzjonijiet, u dwar żviluppi sinifikanti fil-prattiki tas-suq b’enfasi fuq transazzjonijiet li għandhom objettiv jew effett ekwivalenti għal SFT.
|
|
Artikolu 29 2.
|
Wara t-tlestija tal-ħidma fil-livell internazzjonali u filwaqt li jittieħed kont tagħha, ir-rapporti msemmija fil-paragrafu1 għandhom wkoll jidentifikaw ir-riskji materjali relatati mal-użu ta’ SFTs minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u kumpanniji elenkati u janalizzaw jekk ikunx xieraq li jiġi previst żvelar addizzjonali minn dawk l-entitajiet fir-rapporti perjodiċi tagħhom.
|
|
Artikolu 29 3.
|
Sat-13 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fl-isforzi internazzjonali biex jitnaqqsu r-riskji assoċjati ma’ STFs, inkluż ir-rakkomandazzjonijiet tal-FSB dwar haircuts fuq SFTs ikklerjati mhux ċentralment, u dwar jekk dawk ir-rakkomandazzjonijiet humiex xierqa għas-swieq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tissottometti dak ir-rapport flimkien ma kwalunkwe proposta xierqa. Għal dak il-għan, l-ESMA għandha, sat-13 ta’ Ottubru 2016, b’kooperazzjoni mal-EBA u l-BERS u filwaqt li jittieħed kont tal-isforzi internazzjonali, tippreżenta rapport lill-Kummisjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta:
(a)
jekk l-użu ta’ SFTs iwassalx għall-akkumulazzjoni ta’ ingranaġġ sinifikanti li mhuwiex indirizzat minn regolamentazzjoni eżistenti;
(b)
fejn xieraq, l-opzjonijiet disponibbli biex tiġi indirizzata tali akkumulazzjoni;
(c)
jekk humiex meħtieġa aktar miżuri biex titnaqqas il-proċikliċità ta’ dak l-ingranaġġ.
Ir-rapport tal-ESMA għandu jqis ukoll l-impatt kwantitattiv fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-FSB.
|
|
Artikolu 29 4.
|
Fi żmien 39 xahar mid-dħul fis-seħħ tal-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(9) u fi żmien sitt xhur mill-preżentazzjoni tar-rapporti aġġornati tal-ESMA kif imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 11 b’mod partikolari dwar jekk it-tariffi li għandhom jiġu imposti fuq ir-repożitorji tat-transazzjonijiet ikunux proporzjonati mal-fatturat tar-repożitorju tat-transazzjonijiet ikkonċernat u jkoprux b’mod sħiħ l-infiq meħtieġ tal-ESMA b’rabta mar-reġistrazzjoni, ir-rikonoxximent u s-superviżjoni tar-repożitorji tat-transazzjonijiet kif ukoll ir-rimborż ta’ kwalunkwe spiża li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jġarrbu fit-twettiq ta’ ħidma skont dan ir-Regolament b’mod partikolari bħala riżultat ta’ kwalunkwe delega ta’ kompiti skont l-Artikolu 9(1). Għall-finijiet tar-rapporti tal-Kummissjoni msemmija fl-ewwel subparagrafufi żmien 33 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(9), u kull tliet snin minn dakinhar ‘il quddiem, jew iktar frekwenti jekk ikunu ġew introdotti bidliet materjali fit-tariffi, l-ESMA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar it-tariffi imposti fuq ir-repożitorji tat-transazzjonijiet skont dan ir-Regolament. Dawk ir-rapporti għandhom mill-inqas jiddeskrivu l-infiq meħtieġ tal-ESMA fir-rigward tar-reġistrazzjoni, ir-rikonoxximent u s-superviżjoni tar-repożitorji tat-transazzjonijiet, l-ispejjeż imġarrba mill-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq ta’ ħidma skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari, bħala riżultat ta’ kwalunkwe delega ta’ kompiti, kif ukoll it-tariffi imposti fuq ir-repożitorji tat-transazzjonijiet u l-proporzjonalità tagħhom għall-fatturat tar-repożitorji tat-transazzjonijiet.
|
|
Artikolu 29 5.
|
Wara li tikkonsulta lill-BERS, l-ESMA għandha tippubblika rapport annwali dwar il-volumi ta’ SFTs aggregati skont it-tip ta’ kontroparti u ta’ transazzjoni abbażi ta’ data rapportata f’konformità mal-Artikolu 4.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R2365
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|