+Artikolu 29 4.

Artikolu 29 4.

Fi żmien 39 xahar mid-dħul fis-seħħ tal-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(9) u fi żmien sitt xhur mill-preżentazzjoni tar-rapporti aġġornati tal-ESMA kif imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 11 b’mod partikolari dwar jekk it-tariffi li għandhom jiġu imposti fuq ir-repożitorji tat-transazzjonijiet ikunux proporzjonati mal-fatturat tar-repożitorju tat-transazzjonijiet ikkonċernat u jkoprux b’mod sħiħ l-infiq meħtieġ tal-ESMA b’rabta mar-reġistrazzjoni, ir-rikonoxximent u s-superviżjoni tar-repożitorji tat-transazzjonijiet kif ukoll ir-rimborż ta’ kwalunkwe spiża li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jġarrbu fit-twettiq ta’ ħidma skont dan ir-Regolament b’mod partikolari bħala riżultat ta’ kwalunkwe delega ta’ kompiti skont l-Artikolu 9(1).

Għall-finijiet tar-rapporti tal-Kummissjoni msemmija fl-ewwel subparagrafufi żmien 33 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(9), u kull tliet snin minn dakinhar ‘il quddiem, jew iktar frekwenti jekk ikunu ġew introdotti bidliet materjali fit-tariffi, l-ESMA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar it-tariffi imposti fuq ir-repożitorji tat-transazzjonijiet skont dan ir-Regolament. Dawk ir-rapporti għandhom mill-inqas jiddeskrivu l-infiq meħtieġ tal-ESMA fir-rigward tar-reġistrazzjoni, ir-rikonoxximent u s-superviżjoni tar-repożitorji tat-transazzjonijiet, l-ispejjeż imġarrba mill-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq ta’ ħidma skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari, bħala riżultat ta’ kwalunkwe delega ta’ kompiti, kif ukoll it-tariffi imposti fuq ir-repożitorji tat-transazzjonijiet u l-proporzjonalità tagħhom għall-fatturat tar-repożitorji tat-transazzjonijiet.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R2365
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.