+Artikolu 17 Diversifikazzjoni
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 17 6.
---+Artikolu 17 7.
---+Artikolu 17 8.
---+Artikolu 17 9.
---+Artikolu 17 10.

Artikolu 17 Diversifikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1.

MMF għandu jinvesti mhux iktar minn:

(a) 

5 % tal-assi tiegħu fi strumenti tas-suq monetarju, titolizzazzjonijiet u ABCPs maħruġin mill-istess korp;

(b) 

10 % tal-assi tiegħu f'depożiti mal-istess istituzzjoni ta' kreditu, sakemm l-istruttura tas-settur bankarju fl-Istat Membru li l-MFF ikun domiċiljat fih tkun tali li ma jkunx hemm biżżejjed istituzzjonijiet ta' kreditu vijabbli biex jiġi sodisfatt dak ir-rekwiżit ta' diversifikazzjoni u ma jkunx ekonomikament fattibbli għall-MMF li jagħmel depożiti fi Stat Membru ieħor, f'liema każ sa 15 % tal-assi tiegħu jistgħu jiġu depożitati mal-istess istituzzjoni ta' kreditu.

Artikolu 17 2.
B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, VNAV MMF jista' jinvesti mhux aktar minn 10 % tal-assi tiegħu fi strumenti tas-suq monetarju, f'titolizzazzjonijiet u f'ABCPs maħruġa mill-istess korp, sakemm il-valur totali ta' tali strumenti tas-suq monetarju, titolizzazzjonijiet u ABCPs miżmuma mill-VNAV MMF f'kull korp emittenti li jinvesti fih iktar minn 5 % tal-assi tiegħu ma jeċċedix 40 % tal-valur tal-assi tiegħu.
Artikolu 17 3.
Sad-data tal-applikazzjoni tal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 11(4), l-aggregat tal-iskoperturi kollha ta' MMF għal titolizzazzjonijiet u ABCPs ma għandux jaqbeż 15 % tal-assi tal-MMF.

Sa mid-data tal-applikazzjoni tal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 11(4), l-aggregat tal-iskoperturi kollha għal titolizzazzjonijiet u ABCPs ta' MMF ma għandux jaqbeż l-20 % tal-assi tal-MMF, li minnhom sa 15 % tal-assi tal-MMF jistgħu jiġu investiti f'titolizzazzjonijiet u ABCPs li ma jikkonformawx mal-kriterji għall-identifikazzjoni ta' titolizzazzjonijiet u ABCPs li jkunu STS.

Artikolu 17 4.
L-iskopertura għar-riskju aggregata għall-istess kontroparti ta’ MMF li ġejja minn tranżazzjonijiet ta’ derivattivi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13 u li ma humiex ikklerjati ċentralment permezz ta’ CCP awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta f’konformità mal-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament, ma għandhiex taqbeż il-5 % tal-assi tal-MMF.
Artikolu 17 5.
L-ammont aggregat ta’ flus kontanti fornut lill-istess kontroparti ta’ MMF fi ftehimiet ta’ retroroakkwist li mhumiex ikklerjati ċentralment permezz ta’ CCP awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta f’konformità mal-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament, ma għandhiex taqbeż il-15 % tal-assi tal-MMF.

Meta ftehim ta’ retroriakkwist jiġi kklerjat ċentralment permezz ta’ CCP awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxut f’konformità mal-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament, il-flus kontanti fornuti minn MMF bħala parti minn kull ftehim ta’ retroriakkwist ma għandhomx jaqbżu l-15 % tal-assi tal-MMF.

Artikolu 17 6.

Minkejja l-limiti individwali stabbiliti fil-paragrafi 1 u 4, fejn dan ikun jirriżulta f'investiment ta' iktar minn 15 % tal-assi tiegħu f'korp individwali, MMF ma għandux jikkombina dawn li ġejjin:

(a) 

investimenti fi strumenti tas-suq monetarju, titolizzazzjonijiet u ABCPs maħruġin minn dak il-korp;

(b) 

depożiti li saru ma' dak il-korp;

▼M3

(c) 

l-istrumenti ta’ derivattivi finanzjarji, li ma jkunux ikklerjati ċentralment permezz ta’ CCP awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew rikonoxxuta f’konformità mal-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament, li jagħtu skopertura għar-riskju tal-kontroparti lil dak il-korp.

▼B

B'deroga mir-rekwiżit ta' diversifikazzjoni previst fl-ewwel subparagrafu, fejn l-istruttura tas-suq finanzjarju fl-Istat Membru fejn l-MFF ikun domiċiljat tkun tali li ma jkunx hemm biżżejjed istituzzjonijiet finanzjarji vijabbli biex jiġi sodisfatt dak ir-rekwiżit ta' diversifikazzjoni u ma jkunx ekonomikament fattibbli għall-MMF li juża istituzzjonijiet finanzjarji fi Stat Membru ieħor, l-MMF jista' jikkombina t-tipi ta' investimenti msemmija fil-punti (a) sa (c) sa investiment massimu ta' 20 % tal-assi tiegħu f'korp uniku.

Artikolu 17 7.
B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta' MMF tista' tawtorizza lil MMF biex jinvesti, f'konformità mal-prinċipju ta' tifrix tar-riskju, sa 100 % tal-assi tiegħu fi strumenti tas-suq monetarju differenti maħruġin jew garantiti separatament jew b'mod konġunt mill-Unjoni, l-amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali tal-Istati Membri jew mill-banek ċentrali tagħhom, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment, il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà, il-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja, awtorità ċentrali jew bank ċentrali ta' pajjiż terz, il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, il-Bank ta' Żvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, jew kwalunkwe istituzzjoni jew organizzazzjoni finanzjarja internazzjonali rilevanti oħra li għaliha jappartjeni Stat Membru wieħed jew iktar.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss fejn ikunu sodisfatti r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) 

l-MMF ikollu strumenti tas-suq monetarju minn tal-inqas sitt ħarġiet differenti mill-emittent;

(b) 

l-MMF jillimita l-investiment fi strumenti tas-suq monetarju mill-istess ħarġa sa massimu ta' 30 % tal-assi tiegħu;

(c) 

l-MMF jirriferi b'mod espliċitu, fir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tiegħu, għall-amministrazzjonijiet, l-istituzzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu li joħorġu jew jiggarantixxu separatament jew b'mod konġunt strumenti tas-suq monetarju u li fihom beħsiebu jinvesti iktar minn 5 % tal-assi tiegħu;

(d) 

l-MMF jinkludi dikjarazzjoni prominenti fil-prospett u l-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni tiegħu fejn jiġbed l-attenzjoni lejn l-użu tad-deroga u jindika l-amministrazzjonijiet, l-istituzzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu li joħorġu jew jiggarantixxu separatament jew b'mod konġunt strumenti tas-suq monetarju u li fihom beħsiebu jinvesti iktar minn 5 % tal-assi tiegħu.

Artikolu 17 8.
Minkejja l-limiti individwali stabbiliti fil-paragrafu 1, MMF jista' jinvesti mhux aktar minn 10 % tal-assi tiegħu f'bonds maħruġa minn istituzzjoni ta' kreditu unika li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru u hija soġġetta bil-liġi għal superviżjoni pubblika speċjali mfassla biex tipproteġi lid-detenturi ta' bonds. B'mod partikolari, somom li jirriżultaw mill-ħruġ ta' dawk il-bonds għandhom jiġu investiti f'konformità mal-liġi dwar l-assi li, tul il-perjodu kollu tal-validità tal-bonds, ikunu jistgħu jkopru pretensjonijiet marbuta mal-bonds u li, fil-każ ta' nuqqas min-naħa tal-emittent, ikunu użati fuq bażi ta' prijorità għar-rimbors tal-kapital u l-ħlas tal-imgħax akkumulat.

Fejn MMF jinvesti iktar minn 5 % tal-assi tiegħu fil-bonds imsemmija fl-ewwel subparagrafu maħruġa minn emittent uniku, il-valur totali ta' dawk l-investimenti ma għandux jaqbeż 40 % tal-valur tal-assi tal-MMF.

Artikolu 17 9.
Minkejja l-limiti individwali stabbiliti fil-paragrafu 1, MMF jista' jinvesti mhux iktar minn 20 % tal-assi tiegħu f'bonds maħruġa minn istituzzjoni ta' kreditu unika fejn ikunu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1) jew fil-punt (c) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61, fosthom kwalunkwe investiment possibbli fl-assi msemmija fil-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu.

Fejn MMF jinvesti iktar minn 5 % tal-assi tiegħu fil-bonds imsemmija fl-ewwel subparagrafu maħruġa minn emittent uniku, il-valur totali ta' dawk l-investimenti ma għandux jaqbeż 60 % tal-valur tal-assi tal-MMF, fosthom kwalunkwe investiment possibbli fl-assi msemmija fil-paragrafu 8, fir-rispett tal-limiti stabbiliti fih.

Artikolu 17 10.
Kumpaniji li jkunu inklużi fl-istess grupp għall-finijiet ta' kontijiet konsolidati taħt id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) jew f'konformità mar-regoli internazzjonali rikonoxxuti dwar il-kontabbiltà, għandhom jitqiesu bħala korp uniku għall-fini ta' kalkolu tal-limiti msemmija fil-paragrafi 1 sa 6 ta' dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1131
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.