|
+Artikolu 17 7. |
Artikolu 17 7.B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta' MMF tista' tawtorizza lil MMF biex jinvesti, f'konformità mal-prinċipju ta' tifrix tar-riskju, sa 100 % tal-assi tiegħu fi strumenti tas-suq monetarju differenti maħruġin jew garantiti separatament jew b'mod konġunt mill-Unjoni, l-amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali tal-Istati Membri jew mill-banek ċentrali tagħhom, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment, il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà, il-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja, awtorità ċentrali jew bank ċentrali ta' pajjiż terz, il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, il-Bank ta' Żvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, jew kwalunkwe istituzzjoni jew organizzazzjoni finanzjarja internazzjonali rilevanti oħra li għaliha jappartjeni Stat Membru wieħed jew iktar. L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss fejn ikunu sodisfatti r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)
l-MMF ikollu strumenti tas-suq monetarju minn tal-inqas sitt ħarġiet differenti mill-emittent;
(b)
l-MMF jillimita l-investiment fi strumenti tas-suq monetarju mill-istess ħarġa sa massimu ta' 30 % tal-assi tiegħu;
(c)
l-MMF jirriferi b'mod espliċitu, fir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tiegħu, għall-amministrazzjonijiet, l-istituzzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu li joħorġu jew jiggarantixxu separatament jew b'mod konġunt strumenti tas-suq monetarju u li fihom beħsiebu jinvesti iktar minn 5 % tal-assi tiegħu;
(d)
l-MMF jinkludi dikjarazzjoni prominenti fil-prospett u l-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni tiegħu fejn jiġbed l-attenzjoni lejn l-użu tad-deroga u jindika l-amministrazzjonijiet, l-istituzzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu li joħorġu jew jiggarantixxu separatament jew b'mod konġunt strumenti tas-suq monetarju u li fihom beħsiebu jinvesti iktar minn 5 % tal-assi tiegħu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|