+Artikolu 28 Ittestjar tal-istress
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.
---+Artikolu 28 6.
---+Artikolu 28 7.
|
Artikolu 28 Ittestjar tal-istress
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1.
|
Kull MMF għandu jkollu fis-seħħ proċessi sodi ta' ttestjar tal-istress li jidentifikaw avvenimenti jew bidliet possibbli fil-ġejjieni fil-kundizzjonijiet ekonomiċi li jistgħu jħallu effetti mhux favorevoli fuq l-MMF. L-MMF jew il-maniġer ta' MMF għandu jivvaluta l-impatt possibbli li dawk l-avvenimenti jew il-bidliet jista' jkollhom fuq l-MMF. L-MFF jew il-maniġer ta' MMF għandu jwettaq b'mod regolari testijiet tal-istress għal xenarji possibbli differenti. It-testijiet tal-istress għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u jqisu l-effetti ta' xenarji plawsibbli severi. Ix-xenarji ta' testijiet tal-istress għandhom tal-inqas jieħdu f'kunsiderazzjoni l-parametri ta' referenza li jinkludu l-fatturi li ġejjin:
(a)
bidliet ipotetiċi fil-livell ta' likwidità tal-assi miżmuma fil-portafoll tal-MMF;
(b)
bidliet ipotetiċi fil-livell ta' riskju ta' kreditu tal-assi miżmuma fil-portafoll tal-MMF, inklużi eventi ta' kreditu u eventi ta' klassifikazzjoni;
(c)
ċaqliq ipotetiku tar-rati tal-imgħax u tar-rati tal-kambju;
(d)
livelli ipotetiċi ta' tifdija;
(e)
twessigħ jew tidjiq ipotetiku tal-firxiet fost l-indiċijiet li magħhom huma marbutin ir-rati tal-imgħax tat-titoli ta' portafoll;
(f)
xokkijiet makrosistemiċi ipotetiċi li jaffettwaw l-ekonomija ġenerali.
|
|
Artikolu 28 2.
|
Barra minn hekk, fil-każ ta' CNAV MMFs ta' dejn pubbliku u LVNAV MMFs, it-testijiet tal-istress għandhom jagħtu stima fix-xenarji differenti tad-differenza bejn in-NAV kostanti għal kull unità jew sehem u n-NAV għal kull unità jew sehem.
|
|
Artikolu 28 3.
|
It-testijiet tal-istress għandhom isiru bi frekwenza determinata mill-bord tad-diretturi tal-MMF, meta jkun applikabbli, jew mill-bord tad-diretturi tal-maniġer ta' MMF, wara li jiġi kkunsidrat x'inhu intervall xieraq u raġonevoli fid-dawl tal-kundizzjonijiet tas-suq u wara li tiġi kkunsidrata kwalunkwe bidla prevista fil-portafoll tal-MMF. Din il-frekwenza għandha tkun tal-inqas darbtejn fis-sena.
|
|
Artikolu 28 4.
|
Fejn it-test tal-istress jiżvela xi vulnerabbiltà tal-MMF, il-maniġer ta' MMF għandu jħejji rapport estensiv bir-riżultati tat-testijiet tal-istress u proposta ta' pjan ta' azzjoni. Fejn ikun meħtieġ, il-maniġer ta' MMF għandu jieħu azzjoni biex isaħħaħ ir-robustezza tal-MMF, inklużi azzjonijiet li jsaħħu l-likwidità jew il-kwalità tal-assi tal-MMF u għandu jinforma minnufih lill-awtorità kompetenti tal-MMF dwar il-miżuri meħuda.
|
|
Artikolu 28 5.
|
Ir-rapport estensiv bir-riżultati tat-testijiet tal-istress u l-proposta ta' pjan ta' azzjoni għandhom jiġu ppreżentati għal analiżi lill-bord tad-diretturi tal-MMF, fejn applikabbli, jew lill-bord tad-diretturi tal-maniġer ta' MMF. Il-bord tad-diretturi għandu jemenda l-pjan ta' azzjoni propost jekk ikun hemm bżonn, u japprova l-pjan ta' azzjoni finali. Ir-rapport estensiv u l-pjan ta' azzjoni għandhom jinżammu għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin. Ir-rapport estensiv u l-pjan ta' azzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti tal-MMF għal rieżami.
|
|
Artikolu 28 6.
|
L-awtorità kompetenti tal-MMF għandha tibgħat ir-rapport estensiv imsemmi fil-paragrafu 5 lill-ESMA.
|
|
Artikolu 28 7.
|
L-ESMA għandha toħroġ linji gwida li jispeċifikaw il-parametri referenzjarji komuni tax-xenarji tat-testijiet ta' stress li għandhom jiġu inklużi fit-testijiet tal-istress filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-fatturi speċifikati fil-paragrafu 1. Il-linji gwida għandhom jiġu aġġornati tal-inqas kull sena filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-aħħar żviluppi tas-suq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1131
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|