+Artikolu 28 1.

Artikolu 28 1.

Kull MMF għandu jkollu fis-seħħ proċessi sodi ta' ttestjar tal-istress li jidentifikaw avvenimenti jew bidliet possibbli fil-ġejjieni fil-kundizzjonijiet ekonomiċi li jistgħu jħallu effetti mhux favorevoli fuq l-MMF. L-MMF jew il-maniġer ta' MMF għandu jivvaluta l-impatt possibbli li dawk l-avvenimenti jew il-bidliet jista' jkollhom fuq l-MMF. L-MFF jew il-maniġer ta' MMF għandu jwettaq b'mod regolari testijiet tal-istress għal xenarji possibbli differenti.

It-testijiet tal-istress għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u jqisu l-effetti ta' xenarji plawsibbli severi. Ix-xenarji ta' testijiet tal-istress għandhom tal-inqas jieħdu f'kunsiderazzjoni l-parametri ta' referenza li jinkludu l-fatturi li ġejjin:

(a) 

bidliet ipotetiċi fil-livell ta' likwidità tal-assi miżmuma fil-portafoll tal-MMF;

(b) 

bidliet ipotetiċi fil-livell ta' riskju ta' kreditu tal-assi miżmuma fil-portafoll tal-MMF, inklużi eventi ta' kreditu u eventi ta' klassifikazzjoni;

(c) 

ċaqliq ipotetiku tar-rati tal-imgħax u tar-rati tal-kambju;

(d) 

livelli ipotetiċi ta' tifdija;

(e) 

twessigħ jew tidjiq ipotetiku tal-firxiet fost l-indiċijiet li magħhom huma marbutin ir-rati tal-imgħax tat-titoli ta' portafoll;

(f) 

xokkijiet makrosistemiċi ipotetiċi li jaffettwaw l-ekonomija ġenerali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1131
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.