+Artikolu 37 Rapportar lill-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
---+Artikolu 37 4.
---+Artikolu 37 5.

Artikolu 37 Rapportar lill-awtoritajiet kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 37 1.
Għal kull MMF li huwa jiġġestixxi, il-maniġer tal-MMF għandu jirrapporta l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-MMF, mill-inqas kull tliet xhur.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, għal MMF li l-assi ġestiti tiegħu bħala total ma jaqbżux EUR 100 000 000 , il-maniġer tal-MMF għandu jirrapporta lill-awtorità kompetenti tal-MMF mill-inqas fuq bażi annwali.

Il-maniġer ta' MMF, wara talba, għandu jipprovdi l-informazzjoni rrapportata skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi wkoll lill-awtorità kompetenti tal-maniġer ta' MMF, jekk din tkun differenti mill-awtorità kompetenti tal-MMF.

Artikolu 37 2.

L-informazzjoni rrapportata skont il-paragrafu 1 għandha tinkludi l-punti li ġejjin:

(a) 

it-tip u l-karatteristiċi tal-MMF;

(b) 

l-indikaturi tal-portafoll bħall-valur totali tal-assi, in-NAV, il-WAM, il-WAL, l-analiżi skont il-maturità, il-likwidità u r-rendiment;

(c) 

ir-riżultati tat-testijiet tal-istress u, fejn applikabbli, il-pjan ta' azzjoni propost;

(d) 

l-informazzjoni dwar l-assi miżmuma fil-portafoll tal-MMF, inklużi:

(i) 

il-karatteristiċi ta' kull assi, bħall-isem, il-pajjiż, il-kategorija tal-emittent, ir-riskju jew il-maturità, u l-eżitu tal-proċedura interna ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu;

(ii) 

it-tip ta' assi, inklużi d-dettalji tal-kontroparti fil-każ ta' derivattivi, ftehimiet ta' riakkwist jew ftehimiet ta' retroriakkwist;

(e) 

l-informazzjoni dwar l-obbligazzjonijiet tal-MMF, inklużi:

(i) 

il-pajjiż fejn huwa stabbilit l-investitur;

(ii) 

il-kategorija tal-investitur;

(iii) 

l-attività ta' sottoskrizzjoni u tifdija.

Jekk ikun meħtieġ u debitament ġustifikat, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali.

Artikolu 37 3.

Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, għal kull LVNAV MMF li huwa jiġġestixxi, il-maniġer ta' MMF għandu jirrapporta dan li ġej:

(a) 

kull avveniment li fih il-prezz ta' assi vvalwat bl-użu tal-metodu ta' kost amortizzat f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29(7) jiddevja mill-prezz ta' dak l-assi kkalkolat f'konformità mal-Artikolu 29(2), (3) u (4) b'aktar minn 10 punti bażi;

(b) 

kull avveniment li fih in-NAV kostanti għal kull unità jew sehem ikkalkolat f'konformità mal-Artikolu 32(1) u (2) jiddevja min-NAV għal kull unità jew sehem ikkalkolat f'konformità mal-Artikolu 30 b'aktar minn 20 punt bażi;

(c) 

kull avveniment li fih sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(3) isseħħ u l-miżuri meħuda mill-bord f'konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 34(1).

Artikolu 37 4.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi mudell ta' rapportar li għandu jinkludi l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafi 2 u 3.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-21 ta' Jannar 2018.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 37 5.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu lill-ESMA l-informazzjoni kollha riċevuta skont dan l-Artikolu. Tali informazzjoni għandha tiġi trażmessa lill-ESMA sa mhux aktar tard minn 30 jum wara l-aħħar tal-perjodu ta' tliet xhur ta' rapportar.

L-ESMA għandha tiġbor l-informazzjoni biex toħloq bażi ta' dejta ċentrali tal-MMFs kollha stabbiliti, ġestiti jew ikkummerċjalizzati fl-Unjoni. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkollu dritt ta' aċċess għal dik il-bażi ta' dejta, għal skopijiet ta' statistika biss.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1131
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.