|
+Artikolu 37 2. |
Artikolu 37 2.L-informazzjoni rrapportata skont il-paragrafu 1 għandha tinkludi l-punti li ġejjin:
(a)
it-tip u l-karatteristiċi tal-MMF;
(b)
l-indikaturi tal-portafoll bħall-valur totali tal-assi, in-NAV, il-WAM, il-WAL, l-analiżi skont il-maturità, il-likwidità u r-rendiment;
(c)
ir-riżultati tat-testijiet tal-istress u, fejn applikabbli, il-pjan ta' azzjoni propost;
(d)
l-informazzjoni dwar l-assi miżmuma fil-portafoll tal-MMF, inklużi:
(i)
il-karatteristiċi ta' kull assi, bħall-isem, il-pajjiż, il-kategorija tal-emittent, ir-riskju jew il-maturità, u l-eżitu tal-proċedura interna ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu;
(ii)
it-tip ta' assi, inklużi d-dettalji tal-kontroparti fil-każ ta' derivattivi, ftehimiet ta' riakkwist jew ftehimiet ta' retroriakkwist;
(e)
l-informazzjoni dwar l-obbligazzjonijiet tal-MMF, inklużi:
(i)
il-pajjiż fejn huwa stabbilit l-investitur;
(ii)
il-kategorija tal-investitur;
(iii)
l-attività ta' sottoskrizzjoni u tifdija. Jekk ikun meħtieġ u debitament ġustifikat, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|