+Artikolu 41 Miżuri speċifiċi
---+Artikolu 41 1.
---+Artikolu 41 2.
|
Artikolu 41 Miżuri speċifiċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 41 1.
|
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mad-Direttiva 2009/65/KE jew 2011/61/UE, kif applikabbli, l-awtorità kompetenti tal-MMF jew il-maniġer tal-MMF, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju ta' proporzjonalità, għandhom jieħdu l-miżuri xierqa msemmija fil-paragrafu 2 meta MMF jew il-maniġer ta' MMF:
(a)
jonqos milli jikkonforma ma' xi wieħed mir-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tal-assi, bi ksur tal-Artikoli 9 sa 16;
(b)
jonqos milli jikkonforma ma' xi wieħed mir-rekwiżiti tal-portafoll, bi ksur tal-Artikolu 17, 18, 24 jew 25;
(c)
ikun kiseb awtorizzazzjoni permezz ta' dikjarazzjonijiet foloz jew kwalunkwe mezz irregolari ieħor, bi ksur tal-Artikolu 4 jew 5;
(d)
juża d-deżinjazzjoni “fond tas-suq monetarju”, “MMF” jew deżinjazzjoni oħra li tissuġġerixxi li UCITS jew AIF huwa MMF, bi ksur tal-Artikolu 6;
(e)
jonqos milli jikkonforma ma' xi wieħed mir-rekwiżiti dwar il-valutazzjoni interna tal-kwalità tal-kreditu, bi ksur tal-Artikolu 19 jew 20;
(f)
jonqos milli jikkonforma ma' xi wieħed mir-rekwiżiti dwar il-governanza, id-dokumentazzjoni jew it-trasparenza, bi ksur tal-Artikolu 21, 23, 26, 27, 28 jew 36;
(g)
jonqos milli jikkonforma ma' xi wieħed mir-rekwiżiti dwar il-valwazzjoni, bi ksur tal-Artikolu 29, 30, 31, 32, 33 jew 34.
|
|
Artikolu 41 2.
|
Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-MMF għandha, kif xieraq:
(a)
tieħu miżuri biex tiżgura li l-MMF jew il-maniġer ta' MMF ikkonċernat ikun konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti;
(b)
tirtira awtorizzazzjoni mogħtija f'konformità mal-Artikolu 4 jew 5.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1131
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|