|
+Artikolu 41 1. |
Artikolu 41 1.Mingħajr preġudizzju għas-setgħat mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mad-Direttiva 2009/65/KE jew 2011/61/UE, kif applikabbli, l-awtorità kompetenti tal-MMF jew il-maniġer tal-MMF, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju ta' proporzjonalità, għandhom jieħdu l-miżuri xierqa msemmija fil-paragrafu 2 meta MMF jew il-maniġer ta' MMF:
(a)
jonqos milli jikkonforma ma' xi wieħed mir-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tal-assi, bi ksur tal-Artikoli 9 sa 16;
(b)
jonqos milli jikkonforma ma' xi wieħed mir-rekwiżiti tal-portafoll, bi ksur tal-Artikolu 17, 18, 24 jew 25;
(c)
ikun kiseb awtorizzazzjoni permezz ta' dikjarazzjonijiet foloz jew kwalunkwe mezz irregolari ieħor, bi ksur tal-Artikolu 4 jew 5;
(d)
juża d-deżinjazzjoni “fond tas-suq monetarju”, “MMF” jew deżinjazzjoni oħra li tissuġġerixxi li UCITS jew AIF huwa MMF, bi ksur tal-Artikolu 6;
(e)
jonqos milli jikkonforma ma' xi wieħed mir-rekwiżiti dwar il-valutazzjoni interna tal-kwalità tal-kreditu, bi ksur tal-Artikolu 19 jew 20;
(f)
jonqos milli jikkonforma ma' xi wieħed mir-rekwiżiti dwar il-governanza, id-dokumentazzjoni jew it-trasparenza, bi ksur tal-Artikolu 21, 23, 26, 27, 28 jew 36;
(g)
jonqos milli jikkonforma ma' xi wieħed mir-rekwiżiti dwar il-valwazzjoni, bi ksur tal-Artikolu 29, 30, 31, 32, 33 jew 34. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|