+Artikolu 3 Il-forniment ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5
---+Artikolu 3 6
|
Artikolu 3 Il-forniment ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1
|
1. Is-servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jiġu fornuti biss minn persuni ġuridiċi li huma stabbiliti fl-Unjoni u li jkunu ġew awtorizzati bħala fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv f'konformità mal-Artikolu 12.
|
|
Artikolu 3 2
|
2. Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jaġixxu b'mod onest, ġust u professjonali f'konformità mal-aqwa interessi tal-klijenti tagħhom.
|
|
Artikolu 3 3
|
3. Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ma għandhom iħallsu jew jaċċettaw l-ebda remunerazzjoni, skont jew benefiċċju mhux monetarju biex jidderieġu l-ordnijiet tal-investituri lejn offerta ta' finanzjament kollettiv partikolari magħmula fuq il-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv tagħhom jew lejn offerta ta' finanzjament kollettiv partikolari magħmula fuq pjattaforma ta' finanzjament kollettiv ta' parti terza.
|
|
Artikolu 3 4
|
4. Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jistgħu jipproponu lil investituri individwali proġetti ta' finanzjament kollettiv speċifiċi li jikkorrispondu ma' wieħed jew aktar mill-parametri speċifiċi jew mill-indikaturi tar-riskju magħżula mill-investitur. Fejn l-investitur jixtieq jagħmel investiment fil-proġetti ta' finanzjament kollettiv suġġeriti, l-investitur għandu jirrieżamina u espressament jieħu deċiżjoni ta' investiment fir-rigward ta' kull offerta individwali ta' finanzjament kollettiv.
Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jipprovdu ġestjoni tal-portafoll individwali ta' self għandhom jagħmlu dan f'konformità mal-parametri pprovduti mill-investituri u għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiksbu l-aħjar riżultat possibbli għal dawn l-investituri. Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jiddivulgaw lill-investituri l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet għall-eżekuzzjoni tal-mandat diskrezzjonali riċevut.
|
|
Artikolu 3 5
|
5. B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jipprovdu ġestjoni tal-portafoll individwali ta' self jistgħu jeżerċitaw diskrezzjoni f'isem l-investituri tagħhom fil-parametri miftiehma mingħajr il-ħtieġa li l-investituri jirrieżaminaw u jieħdu deċiżjoni ta' investiment fir-rigward ta' kull offerta ta' finanzjament kollettiv individwali.
|
|
Artikolu 3 6
|
6. Fejn jintuża veikolu bi skop speċjali għall-forniment ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, għandu jiġi offrut biss assi wieħed illikwidu jew indiviżibbli permezz ta' tali veikolu bi skop speċjali. Dak ir-rekwiżit għandu japplika fuq bażi ta' trasparenza għall-assi illikwidu jew indiviżibbli sottostanti miżmum minn strutturi finanzjarji jew legali li jkunu kompletament jew parzjalment proprjetà tal-veikolu bi skop speċjali jew ikkontrollati minnu. Id-deċiżjoni li tittieħed skopertura għal dak l-assi sottostanti għandha tkun esklużivament tal-investituri.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|