+Artikolu 6 5

Artikolu 6 5

5.   Fejn fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ikun stabbilixxa u jopera fond ta' kontinġenza għall-attività tiegħu relatata mal-ġestjoni tal-portafoll individwali ta' self, għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-investituri:

(a)

twissija ta' riskju li tispeċifika: ‘Il-fond ta' kontinġenza li noffru ma jagħtikx dritt għal pagament u għaldaqstant jista' jiġri li inti ma tirċevix pagament anki jekk iġġarrab telf. L-operatur tal-fond ta' kontinġenza għandu diskrezzjoni assoluta fir-rigward tal-ammont li jista' jitħallas, inkluż li ma jsir l-ebda pagament. Għalhekk, l-investituri ma għandhomx jiddependu fuq pagamenti possibbli mill-fond ta' kontinġenza meta jqisu jekk jinvestux jew kemm jinvestu.’;

(b)

deskrizzjoni tal-politika tal-fond ta' kontinġenza, inkluż:

(i)

spjegazzjoni dwar is-sors tal-flus imħallsa fil-fond;

(ii)

spjegazzjoni dwar kif huwa rregolat il-fond;

(iii)

spjegazzjoni dwar lil min jappartjenu l-flus;

(iv)

il-kunsiderazzjonijiet li l-operatur ta' fond ta' kontinġenza jieħu kont tagħhom meta jiddeċiedi jekk jew kif jeżerċita d-diskrezzjoni tiegħu li jħallas mill-fond, inkluż:

—

jekk il-fond għandux flus biżżejjed biex iħallas jew le; u

—

li l-operatur tal-fond ta' kontinġenza għandu fi kwalunkwe każ diskrezzjoni assoluta li ma jħallasx jew li jiddeċiedi l-ammont tal-pagament;

(v)

spjegazzjoni tal-proċess biex jitqies jekk għandux isir pagament diskrezzjonali mill-fond; u

(vi)

deskrizzjoni ta' kif il-flus imħallsa fil-fond jiġu ttrattati fil-każ ta' insolvenza tal-operatur tal-fond ta' kontinġenza.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.