+Artikolu 45 Rapport
---+Artikolu 45 1
---+Artikolu 45 2
|
Artikolu 45 Rapport
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45 1
|
1. Qabel l-10 ta’ Novembru 2023 il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-ESMA u l-EBA, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li jkun akkumpanjat fejn xieraq bi proposta leġislattiva.
|
|
Artikolu 45 2
|
2. Ir-rapport għandu jivvaluta dan li ġej:
|
(a)
|
il-funzjonament tas-suq għall-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv fl-Unjoni, inkluż l-iżvilupp u x-xejriet tas-suq, filwaqt li titqies l-esperjenza superviżorja, l-għadd ta' fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv awtorizzati u s-sehem tagħhom tas-suq, kif ukoll l-impatt ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' liġijiet rilevanti oħra tal-Unjoni, inkluż id-Direttiva 97/9/KE, id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), id-Direttiva 2014/65/UE u r-Regolament (UE) 2017/1129;
|
|
(b)
|
jekk il-kamp ta' applikazzjoni tas-servizzi koperti minn dan ir-Regolament jibqax xieraq, b'rabta mal-ammont tal-limitu stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 1(2);
|
|
(c)
|
l-użu ta' strumenti ammessi għal finijiet ta' finanzjament kollettiv fil-forniment ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv transfruntier;
|
|
(d)
|
jekk il-kamp ta' applikazzjoni tas-servizzi koperti minn dan ir-Regolament jibqax xieraq, filwaqt li jitqies l-iżvilupp ta' mudelli ta' negozju li jinvolvu l-intermedjazzjoni ta' pretensjonijiet finanzjarji, inkluż iċ-ċessjoni jew il-bejgħ lil investituri terzi ta' pretensjonijiet ta' self permezz tal-pjattaformi tal-finanzjament kollettiv;
|
|
(e)
|
jekk humiex meħtieġa xi aġġustamenti għad-definizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, inkluż id-definizzjoni ta' investitur sofistikat stabbilita fil-punt (j) tal-Artikolu 2(1) u l-kriterji fl-Anness II fid-dawl tal-effettività tagħhom fl-iżgurar tal-protezzjoni tal-investitur;
|
|
(f)
|
jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1), l-Artikolu 6 u l-Artikolu 24 jibqgħux xierqa sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-governanza, il-konformità u d-divulgazzjonijiet tal-informazzjoni għall-ġestjoni tal-portafoll individwali ta' self u fid-dawl ta' servizzi simili pprovduti għal titoli trasferibbli f'konformità mad-Direttiva 2014/65/UE;
|
|
(g)
|
l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern tal-Unjoni tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv, inkluż l-impatt fuq l-aċċess għal finanzjament mill-SMEs u fuq l-investituri u kategoriji oħra ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi affettwati minn dawk is-servizzi;
|
|
(h)
|
l-implimentazzjoni tal-innovazzjoni teknoloġika fis-settur tal-finanzjament kollettiv, inkluż l-applikazzjoni ta' mudelli ta' negozju u teknoloġiji innovattivi ġodda;
|
|
(i)
|
jekk ir-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fl-Artikolu 11 jibqgħux xierqa biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-livell ta' rekwiżiti ta' fondi proprji minimi, id-definizzjoni ta' fondi proprji, l-użu tal-assigurazzjoni u l-kombinament bejn il-fondi proprji u l-assigurazzjoni;
|
|
(j)
|
jekk ikunux meħtieġa xi bidliet għar-rekwiżiti dwar l-informazzjoni lill-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 19 jew għas-salvagwardji tal-protezzjoni tal-investitur stabbiliti fl-Artikolu 21;
|
|
(k)
|
jekk l-ammont stabbilit fl-Artikolu 21(7) jibqax xieraq sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti ta' dan ir-Regolament;
|
|
(l)
|
l-effett tal-lingwi aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 23(2) u (3);
|
|
(m)
|
l-użu ta' bordijiet tal-avviżi msemmija fl-Artikolu 25, inkluż l-impatt fuq is-suq sekondarju għal self, titoli trasferibbli u strumenti ammessi għal finijiet ta' finanzjament kollettiv;
|
|
(n)
|
l-effetti li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jirregolaw il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, il-kompetizzjoni u l-protezzjoni tal-investituri;
|
|
(o)
|
l-applikazzjoni ta' penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra u, b'mod partikolari, kwalunkwe ħtieġa biex ikomplu jiġu armonizzati l-penali amministrattivi previsti għall-ksur ta' dan ir-Regolament;
|
|
(p)
|
il-ħtieġa u l-proporzjonalità li l-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jiġu soġġetti għal obbligi ta' konformità mal-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 fir-rigward tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, u li dawn il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jiġu miżjuda mal-lista ta' entitajiet marbuta b'obbligu għall-finijiet ta dik id-Direttiva;
|
|
(q)
|
l-adegwatezza li entitajiet stabbiliti f'pajjiżi terzi jiġu awtorizzati bħala fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv skont dan ir-Regolament;
|
|
(r)
|
il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA, u l-adegwatezza tal-awtoritajiet kompetenti bħala s-superviżuri ta' dan ir-Regolament;
|
|
(s)
|
il-possibbiltà li jiġu introdotti miżuri speċifiċi f'dan ir-Regolament għall-promozzjoni ta' proġetti ta' finanzjament kollettiv sostenibbli u innovattivi, kif ukoll l-użu ta fondi tal-Unjoni.
|
|
(t)
|
l-għadd totali u s-sehem mis-suq tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv awtorizzati skont dan ir-Regolament fil-perijodu mill-10 ta’ Novembru 2021 sal-10 ta’ Novembru 2022, klassifikat f'intrapriżi żgħar, ta' daqs medju u kbar;
|
|
(u)
|
il-volumi, l-għadd ta' proġetti u x-xejriet tal-forniment transfruntier ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għal kull Stat Membru;
|
|
(v)
|
is-sehem tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv ipprovduti skont dan ir-Regolament fis-suq globali tal-finanzjament kollettiv u fis-suq finanzjarju tal-Unjoni;
|
|
(w)
|
l-ispejjeż ta' konformità ma' dan ir-Regolament għall-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv bħala perċentwal tal-ispejjeż operazzjonali;
|
|
(x)
|
il-volum tal-investimenti rtirati mill-investituri matul il-perijodu ta' riflessjoni, is-sehem tiegħu mill-volum totali ta' investimenti u, abbażi ta' dik id-data, jiġi valutat jekk it-tul u n-natura tal-perijodu ta' riflessjoni stabbilit fl-Artikolu 22 humiex xierqa u ma jagħmlux ħsara lill-effiċjenza tal-proċess tal-ġenerazzjoni ta' kapital jew tal-protezzjoni tal-investituri;
|
|
(y)
|
l-għadd u l-ammont ta' multi amministrattivi u penali kriminali imposti f'konformità ma' dan ir-Regolament u b'rabta miegħu klassifikati għal kull Stat Membru;
|
|
(z)
|
it-tipi u x-xejriet ta' mġieba frawdolenti tal-investituri, tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv u ta' partijiet terzi li jseħħu fir-rigward ta' dan ir-Regolament.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|