+Artikolu 30 2.

Artikolu 30 2.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(1), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni, fl-eżerċizzju ta’ attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni oħra barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’rabta mal-bejgħ fejn ma tingħatax konsulenza, għandhom jitolbu lill-klijent jew klijent potenzjali li jipprovdu informazzjoni dwar l-għarfien u l-esperjenza ta’ dik il-persuna fil-qasam tal-invesiment rilevanti għat-tip speċifiku ta’ prodott jew servizz offrut jew mitlub, sabiex l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni jkunu jistgħu jivvalutaw jekk is-servizz jew prodott ta’ assigurazzjoni fil-mira humiex xierqa għall-klijent. Meta pakkett ta’ servizzi jew prodotti jiġi previst skont l-Artikolu 24, il-valutazzjoni għandha tqis jekk il-pakkett globali ta’ prodotti flimkien huwiex xieraq.

Fejn l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni jqisu, abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont l-ewwel subparagrafu, li l-prodott ma jkunx xieraq għall-klijent jew klijent potenzjali, l-intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni għandhom jagħtu twissija għal dak l-effett lill-klijent jew klijent potenzjali. Dik it-twissija tista’ tiġi pprovduta f’format standardizzat.

Fejn il-klijenti jew klijenti potenzjali ma jipprovdux l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, jew fejn ma jipprovdux biżżejjed informazzjoni rigward l-għarfien u l-esperjenza tagħhom, l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jagħtuhom twissija li mhumiex f’qagħda li jiddeterminaw jekk prodott fil-mira huwiex xieraq għalihom. Dik it-twissija tista’ tiġi pprovduta f’format standardizzat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0097
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.