|
+Artikolu 3 Definizzjonijiet |
Artikolu 3 DefinizzjonijietArtikolu 3 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“bond kopert” tfisser obbligu ta’ dejn li jkun maħruġ minn istituzzjoni ta’ kreditu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li tittrasponi r-rekwiżiti mandatorji ta’ din id-Direttiva u li jkun garantit minn assi ta’ kopertura li għalihom ikollhom rikors dirett investituri fil-bonds koperti bħala kredituri ppreferuti;
(2)
“programm ta’ bonds koperti” tfisser il-karatteristiċi strutturali ta’ ħruġ ta’ bonds koperti li jkunu determinati b’regoli statutorji u b’termini u kundizzjonijiet kuntrattwali, f’konformità mal-permess mogħti lill-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti;
(3)
“aggregazzjoni ta’ kopertura” tfisser sett, iddefinit b’mod ċar, ta’ assi li jassiguraw l-obbligi ta’ ħlas marbuta ma’ bonds koperti u li jkunu segregati minn assi oħra miżmuma mill-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti;
(4)
“assi ta’ kopertura” tfisser assi inklużi f’aggregazzjoni ta’ kopertura;
(5)
“assi kollaterali” tfisser assi fiżiċi u assi fil-forma ta’ skoperturi li jassiguraw assi ta’ kopertura;
(6)
“segregazzjoni” tfisser l-azzjonijiet imwettqa minn istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ bonds koperti biex tidentifika assi ta’ kopertura u legalment tqegħedhom lil hinn mill-portata tal-kredituri għajr l-investituri fil-bonds koperti u l-kontropartijiet ta’ kuntratti ta’ derivattivi;
(7)
“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(8)
“istituzzjoni speċjalizzata ta’ kreditu ipotekarju” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu li tiffinanzja self biss jew primarjament permezz tal-ħruġ ta’ bonds koperti, li tkun permessa bil-liġi biss biex tagħti self ipotekarju u self fis-settur pubbliku u li ma tkunx permessa tieħu depożiti, iżda li tieħu fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku;
(9)
“aċċellerazzjoni awtomatika” tfisser sitwazzjoni li fiha bond kopert awtomatikament isir immedjatament dovut u pagabbli fuq l-insolvenza jew ir-riżoluzzjoni tal-emittent u li fir-rigward tiegħu l-investituri tal-bonds koperti jkollhom pretensjoni infurzabbli għal ripagament fi żmien qabel id-data oriġinali ta’ maturità;
(10)
“valur tas-suq” tfisser, għall-finijiet ta’ proprjetà immobbli, valur tas-suq kif definit fil-punt (76) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(11)
“valur tas-self ipotekarju” tfisser, għall-finijiet ta’ proprjetà immobbli, il-valur tas-self ipotekarju kif definit fil-punt (74) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(12)
“assi primarji” tfisser assi dominanti ta’ kopertura li jiddeterminaw in-natura tal-aggregazzjoni ta’ kopertura;
(13)
“assi ta’ sostituzzjoni” tfisser assi li jikkontribwixxi għar-rekwiżiti ta’ kopertura, għajr assi primarji;
(14)
“sovrakollateralizzazzjoni” tfisser, fl-intier tiegħu, il-livell statutorju, kuntrattwali jew volontarju ta’ kollateral li jeċċedi ir-rekwiżit ta’ kopertura stabbilit fl-Artikolu 15;
(15)
“rekwiżiti ta’ finanzjament simetriku” tfisser regoli li jirrikjedu li l-flussi ta’ flus bejn l-obbligazzjonijiet u l-assi li jsiru dovuti jkunu bbilanċjati billi jiġi żgurat f’termini, u taħt kundizzjonijiet, kuntrattwali li l-pagamenti minn mutwatarji u kontropartijiet ta’ kuntratti tad-derivattivi jsiru dovuti qabel ma jsiru pagamenti lil investituri f’bonds koperti u lill-kontropartijiet ta’ kuntratti tad-derivattivi, li l-ammonti riċevuti jkunu għall-inqas tal-istess valur għall-pagamenti li għandhom isiru lill-investituri f’bonds koperti u lill-kontropartijiet ta’ kuntratti tad-derivattivi, u li l-ammonti riċevuti minn mutwatarji u kontropartijiet ta’ kuntratti tad-derivattivi jiġu inklużi fl-aggregazzjoni ta’ kopertura f’konformità mal-Artikolu 16(3) sa meta l-pagamenti jsiru dovuti lill-investituri f’bonds koperti u lill-kontropartijiet ta’ kuntratti tad-derivattivi;
(16)
“flus ta’ ħruġ nett ta’ likwidità” tfisser il-fluss ta’ ħruġ tal-pagamenti kollha li jsiru dovuti f’jum wieħed, inklużi l-pagamenti prinċipali u tal-imgħax u l-pagamenti taħt kuntratti ta’ derivattivi tal-programm ta’ bonds koperti, netti mill-flussi ta’ pagamenti kollha ta’ dħul li jsiru dovuti fl-istess jum għal pretensjonijiet relatati mal-assi ta’ kopertura;
(17)
“struttura ta’ maturità estendibbli” tfisser mekkaniżmu li jipprovdi għall-possibbiltà li tiġi estiża l-maturità skedata ta’ bonds koperti għal perjodu ta’ żmien predeterminat u fil-każ li jseħħ avveniment skattatur speċifiku;
(18)
“superviżjoni pubblika ta’ bonds koperti” tfisser is-superviżjoni ta’ programmi ta’ bonds koperti li tiżgura l-konformità ma’, u l-infurzar ta’, ir-rekwiżiti applikabbli għall-ħruġ ta’ bonds koperti;
(19)
“amministratur speċjali” tfisser il-persuna jew l-entità maħtura biex tamministra programm ta’ bonds koperti fil-każ tal-insolvenza ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ bonds koperti taħt dak il-programm, jew meta jkun ġie stabbilit li tali istituzzjoni ta’ kreditu qed tfalli jew aktarx li tfalli skont l-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jew, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn l-awtorità kompetenti rilevanti tiddetermina li l-funzjonament xieraq ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu jkun f’riskju serju;
(20)
“riżoluzzjoni” tfisser riżoluzzjoni kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;
(21)
’’grupp’’ tfisser grupp kif definit fil-punt (138) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(22)
“impriżi pubbliċi” tfisser impriżi pubbliċi kif definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|