+Artikolu 25 Obbligi ta’ kooperazzjoni
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.
|
Artikolu 25 Obbligi ta’ kooperazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti li jwettqu s-superviżjoni ġenerali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu f’konformità mal-liġi tal-Unjoni rilevanti applikabbli għal dawk l-istituzzjonijiet u mal-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-każ ta’ riżoluzzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ bonds koperti.
|
|
Artikolu 25 2.
|
L-Istati Membri għandhom ikomplu jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin. Dik il-kooperazzjoni għandha tinkludi li dawn l-awtoritajiet jagħtu lil xulxin kull informazzjoni li tkun rilevanti għall-eżerċitar tal-kompiti ta’ superviżjoni tal-awtoritajiet l-oħra taħt id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 25 3.
|
Għall-finijiet tat-tieni sentenza tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) jikkomunikaw:
(a)
l-informazzjoni rilevanti kollha fuq talba ta’ awtorità kompetenti oħra maħtura skont l-Artikolu 18(2); u
(b)
fuq inizjattiva tagħhom stess, kull informazzjoni essenzjali lil awtoritajiet kompetenti oħra maħtura skont l-Artikolu 18(2) fi Stati Membri oħrajn.
|
|
Artikolu 25 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) jikkooperaw mal-EBA, jew fejn rilevanti, mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
), għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 25 5.
|
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-informazzjoni għandha titqies bħala essenzjali jekk tkun tista’ tinfluwenza b’mod materjali l-valutazzjoni tal-ħruġ ta’ bonds koperti fi Stat Membru ieħor.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2162
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|