+Artikoli 6 Bord Ġenerali
---+Artikoli 6 1.
---+Artikoli 6 2.
---+Artikoli 6 3.
---+Artikoli 6 4.
|
Artikoli 6 Bord Ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikoli 6 1.
|
Il-Membri tal-Bord Ġenerali bid-dritt tal-vot għandhom jinkludu:
(a)
il-President u l-Viċi President tal-BĊE;
▼M1
(b)
il-Gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali. L-Istati Membri fejn il-bank ċentrali nazzjonali ma jkunx l-awtorità maħtura skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
) jew ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
) u fejn dik l-awtorità maħtura jkollha r-rwol ewlieni fl-istabbiltà finanzjarja fil-qasam ta’ kompetenza tagħha jistgħu inkella jinnominaw rappreżentant ta’ livell għoli ta’ awtorità maħtura skont id-Direttiva 2013/36/UE jew ir-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(c)
rappreżentant tal-Kummissjoni;
▼B
(d)
il-President tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea);
(e)
il-President tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol);
(f)
il-President tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq);
(g)
Il-President u ż-żewġ Viċi-Presidenti tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv;
(h)
il-President tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv.
|
|
Artikoli 6 2.
|
Il-Membri tal-Bord Ġenerali mingħajr dritt tal-vot għandhom jinkludu:
▼M1
(a)
soġġett għad-deċiżjoni ta’ kull Stat Membru f’konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 1 u f’konformità mal-paragrafu 3, rappreżentant ta’ livell għoli għal kull Stat Membru tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali, ta’ awtorità nazzjonali fdata bit-twettiq ta’ politika makroprudenzjali, jew tal-bank ċentrali nazzjonali sakemm il-Gvernatur tal-bank ċentrali nazzjonali ma jkunx il-membru tal-Bord Ġenerali bi drittijiet tal-vot imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, f’liema każ rappreżentant ta’ livell għoli tal-bank ċentrali nazzjonali għandu jkun il-membru tal-Bord Ġenerali mingħajr drittijiet tal-vot;
▼B
(b)
il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF);
▼M1
(c)
il-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE;
(d)
il-President tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
6
).
|
|
Artikoli 6 3.
|
Ir-rappreżentanti ta’ livell għoli rispettivi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 għandhom jalternaw b’rotazzjoni skont is-suġġett diskuss, sakemm l-awtoritajiet nazzjonali ta’ xi Stat Membru partikolari ma jkunux qablu fuq rappreżentant komuni.
|
|
Artikoli 6 4.
|
Il-Bord Ġenerali għandu jistabbilixxi regoli ta’ proċedura għall-BERS.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1092
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|