+Artikolu 13 Kumitat Tekniku Konsultattiv
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 4a.
---+Artikolu 13 5.

Artikolu 13 Kumitat Tekniku Konsultattiv

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.

Il-Kumitat tekniku konsultattiv għandu jkun magħmul minn:

(a) 

rappreżentant ta’ kull bank ċentrali nazzjonali u rappresentant tal-BĊE;

(b) 

rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru tal-awtoritajiet nazzjonali superviżorji kompetenti, skont it-tieni subparagrafu;

(c) 

rappreżentant tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea);

(d) 

rappreżentant tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol);

(e) 

rappreżentant tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq);

▼M1

(f) 

rappreżentant tal-Kummissjoni;

▼M1

(fa) 

rappreżentant tal-Bord Superviżorju tal-BĊE;

(fb) 

rappreżentant tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni;

▼B

(g) 

rappreżentant tal-KEF;

(h) 

rappreżentant tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv.

L-awtoritajiet superviżorji ta’ kull Stat Membru għandhom jagħżlu rappreżentant wieħed fil-Kumitat Tekniku Konsultattiv. Fir-rigward tar-rappreżentanza tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, ir-rappreżentanti rispettivi għandhom jalternaw skont is-suġġett diskuss, kemm-il darba l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali ta’ xi Stat Membru partikolari ma jkunux qablu dwar rappreżentant komuni.

Artikolu 13 2.
Il-President tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv għandu jinħatar mill-Bord Ġenerali wara proposta mill-President tal-BERS.
Artikolu 13 3.
Il-Kumitat Tekniku Konsultattiv għandu jagħti parir u assistenza lill-BERS skont l-Artikolu 4(5) fuq talba tal-President tal-BERS jew tal-Bord Ġenerali.
Artikolu 13 4.
Is-Segretarjat tal-BERS għandu jappoġġa l-ħidma tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv u l-Kap tas-Segretarjat għandu jipparteċipa fil-laqgħat tiegħu.
Artikolu 13 4a.
Fejn adatt, il-Kumitat Tekniku Konsultattiv għandu jorganizza konsultazzjonijiet fi stadju bikri flimkien mal-partijiet ikkonċernati bħall-parteċipanti fis-swieq, korpi tal-konsumaturi u esperti akkademiċi, b’mod miftuħ u trasparenti, filwaqt li jqis ir-rekwiżit tal-kunfidenzjalità. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jitwettqu bl-aktar mod wiesa’ possibbli sabiex jiggarantixxu approċċ inklużiv fil-konfront tal-partijiet ikkonċernati kollha u tas-setturi finanzjarji rilevanti u għandhom jippermettu li l-partijiet ikkonċernati jkollhom żmien raġonevoli biex iwieġbu.
Artikolu 13 5.
Il-Kumitat Tekniku Konsultattiv għandu jingħata l-mezzi kollha meħtieġa sabiex itemm il-kompiti tiegħu b’suċċess.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1092
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.