+Artikolu 2 Definizzjonijet

Artikolu 2 Definizzjonijet

Artikolu 2

Definizzjonijet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“pagament transkonfinali” tfisser tranżazzjoni ta’ ħlas ipproċessata elettronikament mibdija mill-pagatur, jew minn benefiċjarju, fejn il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur u l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas tal-benefiċjarju jinsabu fi Stati Membri differenti;

(2) 

“pagament nazzjonali” tfisser tranżazzjoni ta’ ħlas ipproċessata elettronikament mibdija mill-pagatur, jew minn jew permezz ta’ benefiċjarju, fejn il-fornitur tas-servizz tal-ħlas tal-pagatur u l-fornitur tas-servizz tal-ħlas tal-benefiċjarju jinsabu fl-istess Stat Membru;

(3) 

“pagatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li għandha kont tal-pagament u tippermetti ordni ta’ ħlas minn dak il-kont tal-ħlas, jew, fejn ma jkun hemm l-ebda kont tal-ħlas, persuna fiżika jew ġuridika li tordna l-ħlas;

(4) 

“benefiċjarju” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun ir-riċevitur intenzjonat ta’ fondi li kienu s-suġġett ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas;

(5) 

“fornitur tas-servizz tal-ħlas” tfisser kwalunkwe kategoriji ta’ persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 32 ta’ dik id-Direttiva, iżda teskludi dawk l-istituzzjonijiet elenkati fil-punti (2) sa (23) tal-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) li jibbenefikaw minn deroga ta’ Stat Membru eżerċitata skont l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(6) 

“utent ta’ servizz ta’ pagament” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tuża servizz ta’ pagament fil-kapaċità ta’ pagatur jew benefiċjarju, jew tat-tnejn;

(7) 

“tranżazzjoni ta’ ħlas” tfisser att, mibdi minn pagatur jew permezz ta’ benefiċjarju, jikkonsisti minn tqegħid, trasferiment jew ġbid ta’ fondi, irrispettivament minn kwalunkwe obbligi sottostanti bejn il-pagatur u l-benefiċjarju;

(8) 

“ordni tal-ħlas” tfisser kwalunkwe istruzzjoni minn pagatur jew benefiċjarju lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas tiegħu, li titlob l-esekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas;

(9) 

“imposta” tfisser kwalunkwe ammont impost fuq utent ta’ servizz ta’ pagament minn fornitur ta’ servizz ta’ pagament li jkun marbut direttament jew indirettament ma’ tranżazzjoni ta’ pagament, kwalunkwe ammont impost fuq utent ta’ servizzi ta’ pagament minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew parti li tipprovdi servizzi ta’ kambju tal-munita f’konformità mal-Artikolu 59(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 għal servizz ta’ kambju tal-munita, jew taħlita tat-tnejn;

(10) 

“fondi” tfisser karti tal-flus u muniti, flus skritturali u flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, punt (2), tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

(11) 

“konsumatur” tfisser persuna fiżika li taġixxi għal finijiet oħra li m’humiex il-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħha;

(12) 

“mikro-intrapriża” tfisser intrapriża, li fil-waqt tal-konklużjoni tal-kuntratt tas-servizz ta’ pagament tkun intrapriża kif definit fl-Artikoli 1 u l-Artikolu 2(1) u (3) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE ( 3 );

(13) 

“tariffa ta’ skambju” tfisser tariffa mħallsa bejn il-fornituri tas-servizz tal-ħlas tal-pagatur u tal-benefiċjarju għal kull tranżazzjoni ta’ debitu dirett;

(14) 

“debitu dirett” tfisser servizz ta’ pagament biex jiġi ddebitat il-kont tal-ħlas tal-pagatur, fejn tranżazzjoni ta’ ħlas tkun mibdija minn benefiċjarju abbażi tal-kunsens mogħti mill-pagatur lill-benefiċjarju, lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas tal-benefiċjarju jew lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas tal-pagatur stess;

(15) 

“skema ta’ debitu dirett” tfisser ġabra ta’ regoli, prattika u standards komuni maqbula bejn il-fornituri tas-servizz tal-ħlas biex ikunu esegwiti tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1230
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.