+Artikolu 3 Imposti għal tranżazzjonijiet ta’ ħlasijiet transkonfinali u ħlasijiet nazzjonali korrispondenti
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
|
Artikolu 3 Imposti għal tranżazzjonijiet ta’ ħlasijiet transkonfinali u ħlasijiet nazzjonali korrispondenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
L-imposti li fornitur ta’ servizz ta’ pagament jitlob minn utent ta’ servizz ta’ pagament fir-rigward ta’ pagamenti transkonfinali fl-euro għandhom ikunu l-istess daqs l-imposti mitluba minn dak il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għal pagamenti nazzjonali ekwivalenti tal-istess valur fil-munita nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikun jinsab il-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-utent tas-servizz ta’ pagament.
|
|
Artikolu 3 2.
|
L-imposti li fornitur ta’ servizz ta’ pagament jitlob minn utent tas-servizz ta’ pagament fir-rigward ta’ pagamenti transkonfinali fil-munita nazzjonali ta’ Stat Membru li jkun innotifika d-deċiżjoni tiegħu li jestendi l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-munita nazzjonali tiegħu skont l-Artikolu 13 għandhom ikunu l-istess daqs l-imposti li dak il-fornitur ta’ servizz ta’ pagament jitlob mill-utenti tas-servizz ta’ pagament għal pagamenti nazzjonali ekwivalenti tal-istess valur u fl-istess munita.
|
|
Artikolu 3 3.
|
Fejn issir il-valutazzjoni, bl-għan ta’ konformità mal-paragrafu 1, tal-livell tal-imposti għal ħlas transkonfinali, fornitur tas-servizz tal-ħlas għandu jidentifika l-ħlas nazzjonali ekwivalenti għalih. L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu linji gwida biex jidentifikaw ħlasijiet nazzjonali ekwivalenti fejn iqisu li jkun meħtieġ. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkoperaw b’mod attiv fi ħdan il-Kumitat tal-Ħlasijiet stabbilit bl-Artikolu 85(1) tad-Direttiva 2007/64/KE biex jiżguraw il-konsistenza mal-linji gwida għall-ħlasijiet nazzjonali korrispondenti.
|
|
Artikolu 3 4.
|
Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-imposti fuq il-kambju tal-munita.
|
|
Artikolu 3 5.
|
Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika meta l-Artikolu 5b(1) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
) ikun jeħtieġ li fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jinsab fi Stat Membru li ma għandux l-euro bħala l-munita tiegħu, fir-rigward ta’ trasferiment ta’ kreditu istantanju, jimponi imposta li tkun aktar baxxa mill-imposta li tkun imposta, fir-rigward tal-istess trasferiment ta’ kreditu istantanju, li kieku kellu jiġi applikat il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, it-terminu “trasferiment ta’ kreditu istantanju” jfisser trasferiment ta’ kreditu istantanju kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1a), tar-Regolament (UE) Nru 260/2012, li jkun f’euro u transfruntier.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1230
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|