+Artikolu 11 Rapporti tal-allokazzjoni u rieżami ta’ wara l-ħruġ tar-rapporti tal-allokazzjoni
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.
---+Artikolu 11 8.

Artikolu 11 Rapporti tal-allokazzjoni u rieżami ta’ wara l-ħruġ tar-rapporti tal-allokazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
Għal kull perjodu ta’ 12-il xahar sad-data tal-allokazzjoni sħiħa tar-rikavati mill-Bond Ekoloġiku Ewropew tagħhom u, fejn applikabbli, sal-ikkompletar tal-pjan CapEx, l-emittenti tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej għandhom ifasslu rapport tal-allokazzjoni tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej billi jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness II, li juri li r-rikavati mill-Bond Ekoloġiku Ewropew, mid-data tal-ħruġ tiegħu sa tmiem il-perjodu msemmi fir-rapport, ikunu ġew allokati f’konformità mal-Artikoli 4 sa 8.

L-ewwel perjodu ta’ 12-il xahar għandu jibda fid-data tal-ħruġ.

B’deroga mit-tieni subparagrafu, l-emittenti jistgħu jistabbilixxu d-data tat-tmiem tal-ewwel perjodu ta’ rapportar bħala l-aħħar jum tas-sena kalendarja jew tas-sena finanzjarja tal-ħruġ.

Artikolu 11 2.
Ir-rapporti tal-allokazzjoni, fejn applikabbli, għandu jkun fihom informazzjoni dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-pjan CapEx.

L-emittenti, fir-rapporti tal-allokazzjoni annwali tagħhom, għandhom jippubblikaw ir-raġunijiet għal kwalunkwe dewmien jew devjazzjoni li jkollhom impatt sinifikanti fuq l-implimentazzjoni tal-pjan CapEx.

Artikolu 11 3.
Ir-rapporti tal-allokazzjoni jistgħu jkunu relatati ma’aktar minn ħarġa waħda tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej.
Artikolu 11 4.
L-emittenti tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej għandhom jiksbu rieżami ta’ wara l-ħruġ minn rieżaminatur estern tar-rapport tal-allokazzjoni mfassal wara l-allokazzjoni sħiħa tar-rikavati mill-Bond Ekoloġiku Ewropew.
Artikolu 11 5.
Jekk, wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-allokazzjoni f’konformità mal-Artikolu 15(1), il-punt (d), l-allokazzjoni tar-rikavati tiġi kkoreġuta, l-emittenti tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej ikkonċernati għandhom jemendaw ir-rapport tal-allokazzjoni u jiksbu rieżami ta’ wara l-ħruġ minn rieżaminatur estern ta’ dak ir-rapport tal-allokazzjoni li jkun ġie emendat, mingħajr dewmien bla bżonn.
Artikolu 11 6.
B’deroga mill-paragrafu 4, kull rapport tal-allokazzjoni minn emittenti li jallokaw ir-rikavati ta’ Bond Ekoloġiku Ewropew wieħed jew aktar għal portafoll tal-assi għandu jkun soġġett għal rieżami ta’ wara l-ħruġ minn rieżaminatur estern. Ir-rieżaminatur estern għandu jagħti attenzjoni partikolari lil dawk l-assi li ma kienu inklużi fl-ebda rapport tal-allokazzjoni ppubblikat qabel.

Dan ir-rieżami ta’ wara l-ħruġ m’għandux ikun meħtieġ meta, matul il-perjodu kopert mir-rapport tal-allokazzjoni, ma tkun saret ebda bidla fl-allokazzjoni fil-portafoll tal-assi u ebda assi fil-portafoll ma jkun inbidel jew hu stess ikun soġġett għal bidla fl-allokazzjoni, meta mqabbel mal-perjodu kopert mir-rapport tal-allokazzjoni preċedenti. F’każijiet bħal dawn, dikjarazzjoni dwar in-nuqqas ta’ rieżami ta’ wara l-ħruġ minħabba n-nuqqas ta’ tali bidliet għandha tiġi inkluża fir-rapport tal-allokazzjoni korrispondenti.

Artikolu 11 7.
L-emittenti tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej għandhom jiżguraw li r-rapporti tal-allokazzjoni u, meta applikabbli, kwalunkwe rieżami ta’ wara l-ħruġ meħtieġ minn dan l-Artikolu jsiru pubbliċi fi żmien 270 jum mit-tmiem ta’ kull perjodu ta’ 12-il xahar imsemmi fil-paragrafu 1. Sa ma jintemm dak il-perjodu ta’ 270 jum, l-emittenti għandhom jiżguraw li r-rieżaminatur estern ikollu mill-inqas 90 jum biex jirrieżamina rapport tal-allokazzjoni.
Artikolu 11 8.

Ir-rieżami ta’ wara l-ħruġ imsemmi fil-paragrafi 4, 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun fih dan li ġej:

(a) 

valutazzjoni ta’ jekk l-emittent ikunx alloka r-rikavati mill-bond f’konformità mal-Artikoli 4 sa 8, abbażi tal-informazzjoni mogħtija lir-rieżaminatur estern;

(b) 

valutazzjoni ta’ jekk l-emittent ikunx alloka ir-rikavati mill-bond kif stabbilit fl-iskeda informattiva dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej imsemmija fl-Artikolu 10, abbażi tal-informazzjoni mogħtija lir-rieżaminatur estern;

(c) 

l-elementi stabbiliti fl-Anness IV.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.