+Artikolu 33 Esternalizzazzjoni
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.
---+Artikolu 33 5.
---+Artikolu 33 6.
---+Artikolu 33 7.
|
Artikolu 33 Esternalizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 1.
|
Ir-rieżaminaturi esterni li jesternalizzaw l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tagħhom lil fornituri terzi tas-servizzi għandhom jiżguraw li kwalunkwe fornitur terz tas-servizzi bħal dan ikollu l-kapaċità li jwettaq dawk l-attivitajiet ta’ valutazzjoni b’mod affidabbli u professjonali. Dawk ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiżguraw ukoll li l-esternalizzazzjoni ma tfixkilx materjalment il-kwalità tal-kontroll intern tagħhom u l-kapaċità tal-ESMA li tissorvelja l-konformità ta’ dawk ir-rieżaminaturi esterni ma’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 33 2.
|
Ir-rieżaminaturi esterni ma għandhomx jesternalizzaw l-attivitajiet ta’ valutazzjoni kollha tagħhom jew il-funzjoni ta’ verifika tal-konformità tagħhom.
|
|
Artikolu 33 3.
|
Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jinnotifikaw lill-ESMA dwar l-attivitajiet ta’ valutazzjoni li huma għandhom l-intenzjoni li jesternalizzaw, inkluż speċifikazzjoni tal-livell ta’ riżorsi umani u tekniċi meħtieġa biex titwettaq kull waħda minn dawk l-attivitajiet u r-raġunijiet għal tali esternalizzazzjoni.
|
|
Artikolu 33 4.
|
Ir-rieżaminaturi esterni li jesternalizzaw l-attivitajiet ta’ valutazzjoni għandhom jiżguraw li din l-esternalizzazzjoni ma tnaqqasx jew ma tfixkilx il-kapaċità tagħhom li jwettqu l-funzjoni jew ir-rwoli tagħhom bħala membri tal-maniġment superjuri jew tal-korp maniġerjali tar-rieżaminatur estern.
|
|
Artikolu 33 5.
|
Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiżguraw li l-fornituri terzi tas-servizzi jikkooperaw u jikkonformaw ma’ kwalunkwe talba superviżorja mill-ESMA b’rabta ma’ kwalunkwe attività ta’ valutazzjoni esternalizzata.
|
|
Artikolu 33 6.
|
Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jibqgħu responsabbli għal kwalunkwe attività esternalizzata u għandhom jadottaw miżuri biex jiżguraw dan li ġej:
(a)
valutazzjonijiet dwar jekk il-fornituri terzi tas-servizzi jwettqux attivitajiet ta’ valutazzjoni esternalizzati b’mod effettiv u f’konformità mad-drittijiet tal-Unjoni u dawk nazzjonali u mar-rekwiżiti regolatorji applikabbli u jekk ikunux qed jindirizzaw b’mod adegwat in-nuqqasijiet identifikati;
(b)
l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe riskju potenzjali fir-rigward tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni esternalizzati;
(c)
monitoraġġ perjodiku adegwat tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni esternalizzati;
(d)
proċeduri ta’ kontroll adegwati fir-rigward tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni esternalizzati, inkluż superviżjoni effettiva tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni esternalizzati u ta’ kwalunkwe riskju potenzjali fir-rigward tal-fornitur terz tas-servizzi;
(e)
kontinwità tal-operat adegwata tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni esternalizzati.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (e), ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiksbu informazzjoni dwar l-arranġamenti tal-kontinwità tal-operat tal-fornituri terzi tas-servizzi, jivvalutaw il-kwalità tagħhom, u jitolbu titjib għal dawn l-arranġamenti meta jkun meħtieġ.
|
|
Artikolu 33 7.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji:
(a)
biex tiġi vvalutata l-kapaċità tal-fornituri terzi tas-servizzi li jwettqu l-attivitajiet ta’ valutazzjoni b’mod affidabbli u professjonali; u
(b)
biex jiġi żgurat li t-twettiq tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni ma jfixkilx materjalment il-kwalità tal-kontroll intern tar-rieżaminaturi esterni jew il-kapaċità tal-ESMA li tissorvelja l-konformità tar-rieżaminaturi esterni ma’ dan ir-Regolament.
L-ESMA għandha tressaq dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Diċembru 2024. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|