+Artikolu 39 Dispożizzjonijiet ġenerali
---+Artikolu 39 1.
---+Artikolu 39 2.
---+Artikolu 39 3.
---+Artikolu 39 4.
---+Artikolu 39 5.
---+Artikolu 39 6.
---+Artikolu 39 7.
---+Artikolu 39 8.
---+Artikolu 39 9.

Artikolu 39 Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 39 1.
Rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz jista’ jipprovdi s-servizzi tiegħu f’konformità ma’ dan ir-Regolament lill-emittenti ta’ Bonds Ekoloġiċi Ewropej meta dak ir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz ikun irreġistrat fir-reġistru tar-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz miżmum mill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 67.
Artikolu 39 2.

L-ESMA għandha tirreġistra rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li jkun applika għall-forniment ta’ servizzi tar-rieżaminaturi esterni f’konformità ma’ dan ir-Regolament madwar l-Unjoni kollha f’konformità mal-paragrafu 1 (ir-“rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz applikant”) biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 40(1);

(b) 

l-applikant ta’ pajjiż terz ikun irreġistrat jew awtorizzat biex jipprovdi s-servizzi ta’ rieżami estern li għandhom jiġu pprovduti fl-Unjoni u jkun soġġett għal superviżjoni u infurzar effettivi li jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżiti applikabbli f’dak il-pajjiż terz;

(c) 

ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 40(3).

Artikolu 39 3.
Meta jiġi rreġistrat rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz f’konformità ma’ dan l-Artikolu, ma għandu jiġi impost l-ebda rekwiżit addizzjonali fuq ir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.
Artikolu 39 4.
L-applikant estern ta’ pajjiż terz għandu jressaq l-applikazzjoni tiegħu lill-ESMA, billi juża l-formoli u l-mudelli msemmija fl-Artikolu 23(6), wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 40(1) fir-rigward tal-pajjiż terz li fih dak ir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz ikun irreġistrat jew awtorizzat.
Artikolu 39 5.
Ir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz applikant għandu jagħti lill-ESMA l-informazzjoni kollha meħtieġa għar-reġistrazzjoni tiegħu.
Artikolu 39 6.
Fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta tasal applikazzjoni, l-ESMA għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni tkunx kompluta.

Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-ESMA għandha tinnotifika lir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz b’dan u għandha tistabbilixxi skadenza sa meta r-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz applikant ikollu jagħti l-informazzjoni addizzjonali.

Jekk l-applikazzjon tkun kompluta, l-ESMA għandha tinnotfika lir- ir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz b’dan.

Artikolu 39 7.
Fi żmien 45 jum tax-xogħol mill-wasla ta’ applikazzjoni kompluta, l-ESMA għandha tirreġistra jew tirrifjuta li tirreġistra lir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz applikant.

L-ESMA tista’ testendi l-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu bi 15-il jum tax-xogħol meta r-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz applikant ikun beħsiebu jesternalizza ċerti attivitajiet ta’ rieżami estern.

Artikolu 39 8.
L-ESMA għandha tinnotifika bil-miktub lir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz applikant bir-reġistrazzjoni ta’ dak r-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz, jew bir-rifjut tar-reġitrazzjoni tar-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz applikant. Tali deċiżjoni li tirreġistra jew li tirrifkjuta li tirreġistra rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz applikant għandha tipprovdi r-raġunijiet u għandha ssir effettiva fil-ħames jum tax-xogħol wara l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 39 9.
Ir-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz għandhom, qabel ma jipprovdu kwalunkwe servizz fir-rigward tal-emittenti tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej stabbiliti fl-Unjoni, joffru li jressqu kwalunkwe tilwim relatat ma’ dawk is-servizzi lill-ġuriżdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru jew tribunal tal-arbitraġġ b’siġġu fi Stat Membru.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.