+Artikolu 49 Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra
---+Artikolu 49 1.
---+Artikolu 49 2.
---+Artikolu 49 3.
---+Artikolu 49 4.
---+Artikolu 49 5.

Artikolu 49 Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 49 1.

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji u investigattivi tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 45, u d-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu penali kriminali, l-Istati Membri għandhom, f’konformità mad-dritt nazzjonali, jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu penali amministrattivi u jieħdu miżuri amministrattivi oħrajn xierqa li għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawk il-penali amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħrajn għandhom japplikaw għal:

(a) 

ksur mill-emittenti tal-obbligi tagħhom skont it-Titolu II, il-Kapitolu 2 jew l-Artikoli 18, 19 jew 21;

(b) 

nuqqas ta’ kooperazzjoni jew konformità ma’ investigazzjoni, ma’ spezzjoni jew ma’ rekwiżiti skont l-Artikolu 45(1).

Artikolu 49 2.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli rigward is-setgħa tal-awtoritajiet kompetenti li jimponu penali amministrattivi u jieħdu miżuri amministrattivi oħrajn xierqa kif imsemmi fil-paragrafu 1 meta l-ksur imsemmi fil-punt (a) jew fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu jkun diġà soġġett għal penali kriminali fid-dritt nazzjonali tagħhom sal-21 ta’ Diċembru 2024. Meta jiddeċiedu dan, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA, fid-dettall, il-partijiet rilevanti tal-liġi kriminali tagħhom.
Artikolu 49 3.
Sal-21 ta’ Diċembru 2024, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA, fid-dettall, ir-regoli msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Dawn għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti fihom.
Artikolu 49 4.

L-Istati Membri għandhom, f’konformità mad-dritt nazzjonali, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu l-penali amministrattivi li ġejjin u miżuri amministrattivi oħrajn fir-rigward tal-ksur imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1:

(a) 

dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew il-persuna ġuridika responsabbli u n-natura tal-ksur f’konformità mal-Artikolu 45(1), il-punt (1);

(b) 

ordni li tirrikjedi lill-persuna fiżika jew lill-persuna ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba li tikkostitwixxi l-ksur;

(c) 

ordni li tipprojbixxi lill-persuna fiżika jew lill-persuna ġuridika milli toħroġ Bonds Ekoloġiċi Ewropej għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena;

(d) 

multi amministrattivi massimi ta’ mill-inqas id-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minħabba l-ksur meta dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(e) 

fil-każ ta’ persuna ġuridika, multi amministrattivi massimi ta’ mill-inqas EUR 500 000 , jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fl-20 ta’ Diċembru 2023, jew 0,5 % tal-fatturat annwali totali ta’ dik il-persuna ġuridika skont l-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji disponibbli approvati mill-korp maniġerjali;

(f) 

fil-każ ta’ persuna fiżika, multi amministrattivi massimi ta’ mill-inqas EUR 50 000 , jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fl-20 ta’ Diċembru 2023.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (e), meta l-persuna ġuridika tkun impriża omm jew sussidjarja ta’ impriża omm li tkun meħtieġa tħejji rapporti finanzjarji konsolidati f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu f’konformità mad-dritt applikabbli tal-Unjoni fil-qasam tal-kontabbiltà skont l-aktar kontijiet konsolidati disponibbli reċenti approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża omm aħħarija.

Artikolu 49 5.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu penali jew miżuri addizzjonali u livelli ogħla ta’ multi amministrattivi minn dawk previsti f’dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.