+Artikolu 10 1

Artikolu 10 1

1.   Fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni li jixtieq jopera fl-Unjoni skont l-Artikolu 2(1), il-punt (b), għandu jkun jista’ jagħmel dan biss meta jkun inkluż fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 14 u dment li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni ikun awtorizzat jew irreġistrat bħala fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG fil-pajjiż terz ikkonċernat u jkun soġġett għal superviżjoni f’dak il-pajjiż terz;

(b)

il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni jkun innotifika lill-ESMA li huwa jixtieq jopera fl-Unjoni u jkun issottometta lill-ESMA prova tal-awtorizzazzjoni jew tar-reġistrazzjoni tiegħu bħala fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, id-dokumenti meħtieġa għal tali awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni fil-pajjiż terz kkonċernat, kif ukoll l-isem tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz responsabbli għas-superviżjoni tiegħu u jkun irċieva konferma mill-ESMA dwar il-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta;

(c)

il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni dwar l-ekwivalenza skont il-paragrafu 2;

(d)

l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ikunu operattivi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.