+Artikolu 10 Reġim tal-ekwivalenza
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3
---+Artikolu 10 4
---+Artikolu 10 5
|
Artikolu 10 Reġim tal-ekwivalenza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1
|
1. Fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni li jixtieq jopera fl-Unjoni skont l-Artikolu 2(1), il-punt (b), għandu jkun jista’ jagħmel dan biss meta jkun inkluż fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 14 u dment li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a)
|
il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni ikun awtorizzat jew irreġistrat bħala fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG fil-pajjiż terz ikkonċernat u jkun soġġett għal superviżjoni f’dak il-pajjiż terz;
|
|
(b)
|
il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni jkun innotifika lill-ESMA li huwa jixtieq jopera fl-Unjoni u jkun issottometta lill-ESMA prova tal-awtorizzazzjoni jew tar-reġistrazzjoni tiegħu bħala fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, id-dokumenti meħtieġa għal tali awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni fil-pajjiż terz kkonċernat, kif ukoll l-isem tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz responsabbli għas-superviżjoni tiegħu u jkun irċieva konferma mill-ESMA dwar il-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta;
|
|
(c)
|
il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni dwar l-ekwivalenza skont il-paragrafu 2;
|
|
(d)
|
l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ikunu operattivi.
|
|
|
Artikolu 10 2
|
2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni ta’ ekwivalenza permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni li jiddikjara li l-qafas legali u l-prattika superviżorja ta’ pajjiż terz jiżguraw li:
|
(a)
|
il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG awtorizzati jew irreġistrati f’dak il-pajjiż terz ikunu konformi mar-rekwiżiti vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;
|
|
(b)
|
il-konformità mar-rekwiżiti vinkolanti msemmija fil-punt (a) tkun soġġetta għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa f’dak il-pajjiż terz.
|
Tali att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48.
|
|
Artikolu 10 3
|
3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 47 biex tispeċifika l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni tista’ tissoġġetta l-applikazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għal:
|
(a)
|
l-issodisfar effettiv fuq bażi kontinwa mill-pajjiż terz kkonċernat ta’ kwalunkwe kundizzjoni stabbilita f’dak l-att ta’ implimentazzjoni li għandu l-għan li jiżgura standards superviżorji u regolatorji ekwivalenti;
|
|
(b)
|
il-kapaċità tal-ESMA li teżerċita b’mod effettiv ir-responsabbiltajiet ta’ monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
|
Artikolu 10 4
|
4. L-ESMA għandha tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi li l-qafas legali u l-prassi superviżorji tagħhom ikunu ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti f’konformità mal-paragrafu 2. Tali arranġamenti għandhom jispeċifikaw mill-inqas dan li ġej:
|
(a)
|
il-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni fuq bażi regolari u ad hoc bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi kkonċernati, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha mitluba mill-ESMA rigward il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG awtorizzat jew irreġistrat f’dak il-pajjiż terz;
|
|
(b)
|
il-mekkaniżmu għal notifika fil-pront lill-ESMA meta awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tqis li l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG awtorizzat jew irreġistrat f’dak il-pajjiż terz u ssorveljat minn dik l-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz ikun qed jikser il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jew tar-reġistrazzjoni tiegħu, jew dispożizzjonijiet ta’ liġi nazzjonali oħra f’dak il-pajjiż terz;
|
|
(c)
|
il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji, inklużi spezzjonijiet fuq il-post;
|
|
(d)
|
il-mekkaniżmu għal notifika fil-pront lill-ESMA meta awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tieħu kwalunkwe azzjoni regolatorja jew superviżorja fir-rigward tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG awtorizzat jew irreġistrat f’dak il-pajjiż terz, inkluż kwalunkwe bidla li jista’ jkollha impatt fuq il-konformità kontinwa tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli;
|
|
(e)
|
il-mekkaniżmu għal notifika fil-pront lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz meta l-ESMA toħroġ avviż pubbliku f’konformità mal-Artikolu 35 lill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG awtorizzat jew irreġistrat f’dak il-pajjiż terz.
|
Għall-fini tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, meta l-ESMA tiġi infurmata li fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni ma għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet biex jiġi awtorizzat jew reġistrat fil-pajjiż ta’ awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni tiegħu, l-ESMA għandha tneħħih mir-reġistru msemmi fl-Artikolu 14.
|
|
Artikolu 10 5
|
5. Għall-fini tal-paragrafu 1, il-punt (b), l-ESMA għandha tivvaluta jekk l-informazzjoni hijiex kompluta fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta tirċeviha. Jekk l-ESMA tqis li dik l-informazzjoni ma hijiex kompluta, l-ESMA għandha tistabbilixxi data ta’ għeluq sa meta l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jipprovdi kwalunkwe informazzjoni nieqsa. Ladarba tivvaluta li s-sottomissjoni hija kompluta, l-ESMA għandha tinforma lill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG dwar l-eżitu tal-proċess mhux aktar tard minn 60 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika inizjali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|