+Artikolu 2 3.
|
Artikolu 2 3.
Meta l-kumpanija omm apikali jkollha bħala l-attività ewlenija tagħha ż-żamma ta’ ishma f’sussidjarji operazzjonali u ma tinvolvix ruħha fit-teħid ta’ deċiżjonijiet maniġerjali, operazzjonali jew finanzjarji li jaffettwaw il-grupp jew waħda mis-sussidjarji jew aktar tagħha, hija tista’ tiġi eżentata milli twettaq l-obbligi skont din id-Direttiva. Dik l-eżenzjoni hija soġġetta għall-kundizzjoni li waħda mis-sussidjarji tal-kumpanija prinċipali apikali stabbilita fl-Unjoni tiġi ddeżinjata biex tissodisfa l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 16 f’isem il-kumpanija omm apikali, inklużi l-obbligi tal-kumpanija omm apikali fir-rigward tal-attivitajiet tas-sussidjarji tagħha. F’tali każ, is-sussidjarja ddeżinjata tingħata l-mezzi u l-awtorità legali kollha meħtieġa biex tissodisfa dawk l-obbligi b’mod effettiv, b’mod partikolari biex tiżgura li s-sussidjarja ddeżinjata tikseb mingħand il-kumpaniji tal-grupp l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti biex tissodisfa l-obbligi tal-kumpanija omm apikali skont din id-Direttiva. Il-kumpanija omm apikali għandha tapplika għall-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għand l-awtorità superviżorja kompetenti, f’konformità mal-Artikolu 24, biex tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu humiex issodisfati. Meta l-kundizzjonijiet ikunu ġew issodisfati l-awtorità għandha tagħti l-eżenzjoni. Meta applikabbli, tali awtorità għandha tinforma kif xieraq lill-awtorità superviżorja kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita s-sussidjarja deżinjata bl-applikazzjoni u mbagħad bid-deċiżjoni tagħha. Il-kumpanija omm apikali għandha tibqa’ responsabbli b’mod konġunt mas-sussidjarja deżinjata għal nuqqas min-naħa ta’ din tal-aħħar li tikkonforma mal-obbligi tagħha f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|