|
+Artikolu 3 2. |
Artikolu 3 2.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 34 sabiex temenda l-Anness ta’ din id-Direttiva billi:
(a)
iżżid referenzi għall-artikoli ta’ strumenti internazzjonali ratifikati mill-Istati Membri kollha u li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dritt, projbizzjoni jew obbligu speċifiċi relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertajiet fundamentali u tal-ambjent elenkati fl-Anness ta’ din id-Direttiva;
(b)
timmodifika, meta xieraq, ir-referenzi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Anness ta’ din id-Direttiva, fid-dawl tal-modifika, tas-sostituzzjoni jew tal-abrogazzjoni ta’ tali strumenti;
(c)
f’konformità mal-iżviluppi fil-fora internazzjonali rilevanti li jikkonċernaw l-istrumenti elenkati fil-Parti 1, it-Taqsima 2, tal-Anness ta’ din id-Direttiva:
(i)
tissostitwixxi r-referenzi għall-istrumenti elenkati b’referenzi għal strumenti ġodda li jkopru l-istess suġġett u ratifikati mill-Istati Membri kollha; jew
(ii)
iżżid referenzi għal strumenti ġodda li jkopru l-istess suġġett bħall-istrumenti elenkati u ratifikati mill-Istati Membri kollha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|